IL-PORT IL-KBIR JERĠA’ JILQA’ R-REGATTA WARA NUQQAS TA’ SENTEJN

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 30. 03. 2022
  • ONE.COM.MT • Wara sentejn, illum fil-Port il-Kbir reġgħet saret ir-regatta ta’ jum il-Ħelsien.
    Bosta kienu qed jistennew dan l-avveniment b’ħerqa, li setgħu jaraw it-tim tagħhom jikkompeti għax-Shield.
    KITBA: LEANNE ABELA GRECH
    FILMAT: ALEX BORG / PBS
    F’jum il-Ħelsien il-Port il-Kbir reġa’ ra t-tiġrijiet tar-regatta.
    Bosta rħewlha, biex wara sentejn, jerġgħu jaraw it-tim tagħom f’kompetizzjoni f’dan l-isport tradizzjonali Malti.
    Fir-regatta tal-lum ħadu sehem tmien distretti li huma: Bormla, il-Birgu, Birżebbuġa, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa, Marsamxett u s-Siġġiewi li kkompetew għall-ewwel darba.
    Bla ma jonqos, ir-regatta tkun mistennija fosthom minn dawk residenti fil-Kottonera li fissruha bħala festa.
    “Insegwu bħal dejjem, għaliex aħna bħala Kottonera in il-festa nħobbuha ħafna u dejjem inkunu qed nistennewha bħal kull sena. U dawn is-sentejn li ma rajnhiex għalina telfa kbira”
    “Jien minn hawn, mill-Isla ovvjament dilettant ħafna tad-dgħajjes tar-regatta”
    “Kull sena ovvjament, parti minn ħajjitna r-regatta”
    “Bħall kull avveniment aħna dilettanti mhux tar-regatta biss, il-Kottonera għandna l-festi, l-Ġimgħa l-Kbira jiġifieri qed nistennewhom ħafna dawn l-affarijiet”
    Ir-regatta tattira wkoll nies minn barra mid-distretti tar-regatta.
    “Nipprova niġi dejjem, jien m’inhix minn raħal fejn hemm ir-regatta imma togħġobni, hija xi ħaġa nazzjonali.”
    Fost dwak li taw is-sapport tagħhom kien hemm numru ta’ żgħażagħ, li ilhom sa minn ta’ età żgħira jsegwu dan l-isport tradizzjonali.
    “Kelli lil zijuwi fir-regatta u minn dejjem ratha bħala sport tradizzjonali Malti u b’hekk tħajjart għalih.”
    “Imrobbi hawnhekk, jiġifieri r-regatta dejjem ninżlu narawha. Is-soltu kien ikun hawn ħafna iżjed nies, kien ikun ippakkjat hawn lanqas kien ikollok fejn timxi, niftakar żgħir meta nerbħu konna naqbżu l-baħar.”
    U wara sentejn, bosta kienu ħerqana jerġgħu jinżlu sal-Port il-Kbir.
    “Jalla l-ġid li tkompli sejra kif inhi. Ilna sentejna weqfin, issa naraw.”
    “Ħalqet nostalġija das-sentejn li ma saritx, u naħseb anke min-nies li hawn, hawn rispons aħjar mis-soltu milli qed nara.”
    “Dejjem segwejtha u fejn inkun nista’ nsegwiha, nsegwiha u llum inżilt naraha għax ilha ma ssir sentejn u għedt ħa niġi nagħti s-sapport lin-naħa tagħna tal-Birgu.”
    Saħansitra kien hemm min wera x-xewqa li fl-aħħar sentejn ried issir ir-regatta.
    “Naħseb li kellha anke f’dawk is-sentejn kellu jsir xi ħaġa, għalinqas jekk mhux b’mod daqshekk kbir, imma naħseb li xorta kellha ssir fl-opinjoni tiegħi dejjem.”
    Ir-regatta tal-lum hija waħda mit-tnejn li jsir, bl-oħra ssir nhar it-8 ta’ Settembru.

Komentáře • 1

  • @mihailgrigorev9798
    @mihailgrigorev9798 Před 2 lety

    Hermosa eleccion 9😍 LIKESEX.Uno de mejor siempre en mi corazónf mañas no se la.🌹🤩💜 Son unos de los mejores conciertos.