L-ISLA TIRBAĦ IR-REGATTA TA’ JUM IL-ĦELSIEN

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 30. 03. 2023
  • ONE.COM.MT • L-Isla rebħet ir-regatta ta’ Jum il-Ħelsien. 
    Ir-rebħa ġiet aċċertata matematikament wara t-tmien tellieqa u r-raba’ waħda tal-Kategorija Open, qabel l-aħħar tellieqa ta’ din il-kategorija. 
    L-Isla kisbet 74 punt, warajha fit-tieni post ġiet Bormla b’40 punt u fit-tielet post ġie l-Marsa bi 28 punt. Dan filwaqt li l-Birgu ġab 20 punt u l-Kalkara ġabet erba’ punti. 
    Tkellimna mas-Segretarju tar-Regatta tal-Isla Omar Vella.
    OMAR VELLA 
    SEGRETARJU TAR-REGATTA TAL-ISLA
    “Bla dubju kull rebħa fiha sinifikat, kull rebħa ma tkunx possibli mingħajr xhur kbar ta’ sagrifiċċju u ħidma kontinwa bla waqfien. Meta l-ħidma tissarraf f’riżultat sodisfaċenti, dak ikun l-ikbar sodisfazzjon tal-ħidma kollha li tkun wettaqt.”
    Id-distrett ta’ Bormla rebaħ Kategorija B, b’total ta’ 50 punt. 
    Fit-tieni post f’Kategorija B ġew il-Kalkara bi 48 punt u fit-tielet post ġew l-Isla bi 42 punt. Il-Birgu u Birżebbuġa ġabu 16-il punt rispettivament.
    Intant, it-tellieqa tan-nisa ntrebħet mill-Birgu.

Komentáře •