BORMLA U L-BIRGU JIRBĦU R-REGATTA

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 7. 09. 2023
  • ONE.COM.MT • Illum waranofsinhar, Bormla u l-Birgu rebħu r-regatta tradizzjonali ta’ Jum il-Vitorja. Dan hekk kif żewġ timijiet mill-Kottonera ġabu ammont indaqs ta’ punti f’Kategorija A.
    B’din ir-rebħa Bormla ġabu t-tnejn u għoxrin shield fl-istorja tagħhom u l-Birgu rebħu r-regatta għat-tieni darba fl-istorja.
    F’din ir-regatta Bormla rebħet ukoll Kategorija B.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: CHRIS BORG
    Bormla u l-Birgu rebħu r-Regatta ta’ Jum il-Vitorja, li saret il-Ġimgħa waranofsinhar fil-Port il-Kbir.
    Ix-shield se tinqasam bejn iż-żewġ timijiet għal sitt xhur kull wieħed, hekk kif ġabu l-istess ammont ta’ punti.
    Bormla rebħu x-shield għat-tnejn u għoxrin darba fl-istorja tagħhom, waqt li l-Birgu rebħu x-shield għat-tieni darba fl-istorja.
    L-ewwel sitt xhur se tmur il-Birgu minħabba li ġabu l-iżjed palji, waqt li fit-tieni sitt xhur ix-shield se tkun f’idejn il-Bormliżi.
    Fl-ewwel post ġew Bormla u l-Birgu b’ammont totali ta’ 56 punt, fit-tieni post l-Isla b’26 punt.
    Sadanittant, Bormla rebħu wkoll Kategorija B, b’total ta’ 80 punt. Warajhom ġew il-Kalkara b’48 punt u Birżebbuġa b’24 punt.
    Dan filwaqt li t-tiġrija tan-nisa ntrebħet mill-Birgu.
    Il-President tar-Regatta ta’ Bormla Evan Buttigieg sostna li din il-kisba hija importanti għal Bormla, hekk kif issa jinsabu shield ’il bogħod mill-klabb tal-Isla.
    EVAN BUTTIGIEG
    PRESIDENT TA’ REGATTA BORMLA
    “Suċċess ieħor lejn il-Klabb ta’ Bormla għax int dment li veru r-Regatta ma tantx hija mdorrija tinqasam, però nżertat hekk għax il-punti qegħdin hemmhekk inqasmu. Unur ieħor għal Bormla għax fl-aħħar mill-aħħar għandna 22 plakka.”
    Il-President tar-Regatta ta’ Birgu Disma Attard qal li din ir-rebħa kienet waħda mistennija wara 39 sena.
    DISMA ATTARD
    PRESIDENT TA’ REGATTA BIRGU
    “Tfisser ħafna għal Birgu għax kien ilu ma nerbħuha 39 sena u għalina suċċess hu.”
    Ix-shield tradizzjonali ngħatat mill-Ministru għall-Isport Clifton Grima, li sostna dwar l-importanza ta’ dan l-isport.
    CLIFTON GRIMA
    MINISTRU
    “Huwa kruċjali biex nassiguraw li nkomplu nkabbru dan l-isport u anki nattiraw aktar żgħażagħ, għaliex meta naraw lokalitajiet varji li għandek dawn il-klabbs, li huma istituzzjoni marbuta propju man-natura u mal-karattru tal-istess lokalità. Irridu nibqgħu naħdmu u nirsistu biex iva, ikollhom ir-relevanza li nattiraw aktar żgħażagħ biex nassiguraw li din it-tradizzjoni sportiva tibqa’ waħda ħajja u trendi f’pajjiżna.”
    Din l-edizzjoni tar-regatta kienet ikkaratterizzata minn riħ qawwi, tant li dgħajjes spiċċaw taħt l-ilma. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Komentáře •