IL-KALKARIŻI JILQGĦU LURA L-VARA TA’ SAN ĠUŻEPP

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 24. 08. 2024
  • ONE.COM.MT •
    F'ambjent mill-isbaħ ta’ festa u ċelebrazzjoni, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qegħdin isiru matul din is-sena fil-Kalkara fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mill-wasla tal-vara titulari ta’ San Ġużepp, il-Kalkariżi laqgħu lura fosthom il-vara wara li anke sar traġitt bil-baħar mill-Marsa sal-Kalkara.
    IL-KALKARIŻI JILQGĦU LURA L-VARA TA’ SAN ĠUŻEPP
    F'ambjent mill-isbaħ ta’ festa u ċelebrazzjoni, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qegħdin isiru matul din is-sena fil-Kalkara fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mill-wasla tal-vara titulari ta’ San Ġużepp, il-Ħadd waranofsinhar ġie inawgurat proġett estensiv ta’ restawr u induratura ġdida fuq din l-istess vara.
    Iċ-ċelebrazzjoni laħqet il-qofol tagħha fil-5.30 ta’ filgħaxija meta l-vara restawrata u indurata mill-ġdid ta’ San Ġużepp qasmet il-Port il-Kbir permezz ta’ traġitt minn fuq il-baħar mill-Marsa sal-Kalkara. Akkumpanjati mid-dgħajjes tar-regatta tal-Kalkara, kif ukoll numru ta’ opri tal-baħar, il-vara waslet fuq il-moll tal-Kalkara, fejn imbagħad ġiet milqugħha miż-żewġ baned Kalkariżi, il-Banda San Ġużepp u l-Banda Sagra Familja. Segwa mbagħad marċ max-xatt fejn il-vara titulari ta’ San Ġużepp twasslet fil-Knisja Parrokkjali, fejn hemmhekk intlaqgħet bl-antifona u l-innu popolari.
    Dan kollu qed isir gimgħa biss qabel ma’ tkun iċċelebrata l-festa titulari ta’ San Ġużepp, bil-purċissjoni solenni ssir nhar il-Ħadd li ġej, 21 ta’ Lulju.
    Rigward ix-xogħol li sar fuq il-vara, tkellimna ma’ Duncan Brincat fejn spjegalna li barra x-xogħol li kien sar sentejn ilu fuq il-pedestal, x-xogħol mill-ifejn ta’ induratura sar minn Ruben Camilleri Cauchi mgħejjun minn missieru Mario u ħuh Austin, fuq disinji ta’ Adonai Camilleri Cauchi, bl-għajnuna ta’ missieru Michael, kif ukoll ix-xogħol ta’ restawr li sar minn Semira Bugeja.
    DUNCAN BRINCAT
    PRO - PARROĊĊA KALKARA
    “Illum il-ġurnata qed naraw l-istatwa ta’ San Ġużepp iktar kompluta, iktar viċin ta’ kif waslet ħamsa u sebgħin sena ilu fostna.”
    Fil-Kummenti li tagħna l-Kappillan Mons. Nicholas Pace, qalilna xi jfisser għall-Parruċċani Kalkariżi dan l-avveniment,
    MONS. NICHOLAS PACE
    KAPPILLAN - KALKARA
    “Konnha narawh kuljum, u nżuruh kuljum, bħalma nżuru lil Ġesu’ sagramentat, imma żgur illi qabel ma konna noħorġu mill-Knisja, l-aktar in-nies tal-Kalkara, għax jiena m’ilniex daqshekk hawnhekk, imma kienu jsellmulu u jitolbuh jgħinhom fid-diffikultajiet kollha tagħhom. Issa se jkun jerġa hawnhekk fil-Knisja biex jibqgħu jagħmlu anke din il-ħaġa.”

Komentáře •