SPLUŻJONI FIL-KAMRA TAN-NAR TA’ ĦAL KIKROP TĦALLI VITTMA

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 25. 11. 2022
  • ONE.COM.MT •
    L-għodwa tas-Sibt filgħodu sebbħet b’aħbar traġika hekk kif għall-ħabta tas-sebgħa u għaxra ta’ filgħodu seħħew xi splużżjonijiet fil-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop li tinsab fl-inħawi ta’ Misraħ Ħlantun, fi Triq Ħal Far.
    Splużżjoni li riegħdet mhux biss l-inħawi fil-qrib imma wkoll bosta rħula fin-nofsinhar ta’ Malta u saħansitra wkoll fit-Tramuntana u ċ-ċentru tal-pajjiż.
    “Leonard Camilleri ta’ 64 sena huwa l-vittma tal-isplużżjoni tal-Kamra tan-Nar San Ġużepp. Propju aħna ninsabu fit-triq li tieħdok għall-kamra tan-nar ta’din is-Socjetà Mużikali ta’ Ħal Kirkop.”
    Barra l-vittma Leonard Camilleri, li għal xi żmien kien ukoll il-licensee tal-istess kamra tan-nar, tliet irġiel ittieħdu l-isptar. Raġel ta’ ħamsa u erbgħin sena minn Ħal Kirkop u raġel ta’ tlieta u sittin sena weġġgħu ħafif, filwaqt li anzjan ta’ tnejn u sebgħin sena miż-Żurrieq ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
    Leonard Camilleri jew kif inhu magħruf bħala Nardu ż-Żurrieqi kien diġà ħelisha ħafif minn splużjoni li ġrat fl-istess kamra tan-nar fi Frar ta’ għaxar snin ilu.
    Il-ħidma ta’ salvataġġ u ta’ tfittxija li kienet kkordinata mill- ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, flimkien mas-suldati mit-Taqsima tal-ispluzzivi u l-ordinanza tal-Forzi Armati ta’ Malta, li ma setgħetx tibda b’xogħlha fil-kumpless tan-nar mal-ewwel, minħabba li kien għad hemm xi murtali u xogħol ieħor pirotekniku, li kienu għadhom qed jieħdu u li seta kien għad hemm xi periklu.
    It-toroq tal-inħawi ngħalqu biex tkun aktar faċli biex il-vetturi tal-emerġenza jidħlu fuq il-post. Apparti minn hekk, il-maltempata tas-Sibt filgħodu ma għenitx fil-ħidma ta’ dawk kollha involuti f’din l-operazzjoni delikata.
    Saħansitra diversi metri ’l bogħod minn fejn seħħet l-isplużżjoni nġabru diversi timijiet mediċi fejn tellgħu tinda, li serviet ta’ klinika waqt l-operazzjoni kollha.
    Fi tweet, il-Prim Ministru Robert Abela ta ħajr lill-ħaddiema kollha, fosthom dawk tal-korp dixxiplinat, li qed jaħdmu f’kundizzjonijiet li mhumiex faċli.
    “Solidarjetà mal-komunità ta’ Ħal Kirkop”, temm jgħid fit-tweet Dr Abela.
    Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Intern, s-Sigurtà, l-Ugwaljanza u Riformi appella lil kulħadd sabiex f’dan il-jum ikun viġilanti. PIC FB TAL-MINISTRU
    Huwa qal li l-ħaddiema fis-setturi tas-sigurtà se jkomplu jkunu ta’ servizz importanti f’dawn iċ-ċirkostanzi.
    BYRON CAMILLERI
    MINISTRU
    “Kemm il-Protezzjoni Ċivili, flimkien ukoll ma’ korpi dixxiplinarji oħra bħal pulizija u anke l-Forzi Armati ta’ Malta, flimkien ma servizz ta’ saħħa, kienu fuq il-post mill-ewwel kif kellna l-aħbar li kien hemm spluzzjoni. Sfortunatament, l-ispluzzjoni ma kienitx waħda żgħira, fejn anke assistew għal persuna li mietet.”
    Dwar dan il-każ inħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, filwaqt li l-istħarriġ tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Komentáře • 3