INQAS PERSUNI F’ĊAĦDA MATERJALI U SOĊJALI SEVERA

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 24. 08. 2024
  • ONE.COM.MT • Ir-rata ta’ ċaħda materjali u soċjali, tinsab fost l-Inqas livelli li qatt ġew irreġistrati f’pajjiżna. Innota dan, b’sodisfazzjon, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, b’kuntrast kbir mal-istess ċifri ta’ għaxar snin ilu, imkejla b’metodoloġija inqas iebsa.
    L-aħħar rapport tal-Eurostat jinnota li persuna minn kull għaxra f’pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea ma jaffordjax jiekol ħaxix, laħam jew ħut kull jumejn.
    Is-sitwazzjoni f’Malta, li hi mal-medja tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, rat titjib mill-2013 lil hawn, meta dak iż-żmien persuna minn kull sitta ma kinitx taffordja tali ikla.
    Fl-2023, persuni li jaqgħu f’din il-kategorija f’pajjiżna ammontaw għal disgħa punt erbgħa fil-mija (9.4%).
    Fl-2013 u fl-2014, abbażi tas-sitwazzjoni fl-2012 u l-2013, kellna l-ogħla rati qatt rreġistrati li kienu ta’ bejn ħmistax punt tlieta fil-mija (15.3%) u ħmistax punt ħamsa fil-mija (15.5%).
    L-aħħar ċifri ppubblikati tal-NSO juru r-rata taċ-ċaħda materjali u soċjali severa naqset minn erbgħa punt disgħa fil-mija (4.9%) fl-2022 għal erbgħa punt wieħed fil-mija (4.1%) sena wara, tnaqqis ta’ tlett elef, ħames mija u sbatax (3,517)-il persuna.
    F’ĊAĦDA MATERJALI U SOĊJALI SEVERA
    2013 - 10.6%
    2022 - 4.9%
    2023 - 4.1%
    TNAQQIS - 3,517
    Din hi l-inqas rata rreġistrata mill-2017 ’il hawn. Fl-2013, b’kejl inqas iebes minn tal-lum, kellna 10.6% f’ċaħda materjali severa jew kważi t-tripplu tal-lum.
    Anke r-rata ta’ ċaħda materjali u soċjali niżlet minn disgħa punt sitta fil-mija (9.6%) fl-2022 għal disgħa punt tnejn fil-mija (9.2%) fl-2023, biex b’hekk din hi l-anqas rata mill-2019 ’il hawn.
    Dan it-tnaqqis fiċ-ċaħda materjali u soċjali kien irreġistrat l-iżjed fost l-anzjani u fost il-ħaddiema.
    Fl-2013 kellna kważi 20% tal-popolazzjoni f’ċaħda materjali jew aktar mid-doppju tal-lum.
    B’reazzjoni għal dan, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, innota l-bżonn ta’ aktar tisħiħ fejn tidħol il-politika soċjali tal-Gvern, speċjalment fi żmien fejn l-inflazzjoni kompliet tħalli l-pressjonijiet tagħha fuq il-familji, l-aktar dawk fil-faxxa t’isfel.
    Il-Ministru Falzon tenna li, għal din ir-raġuni, minbarra li l-Gvern baqa’ jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija u l-qmuħ u ċ-ċereali, lejn l-aħħar tal-2022 beda jitħallas benefiċċju ġdid maħsub biex familji u persuni bi dħul baxx jew medju jkunu jistgħu jlaħħqu aħjar mal-effetti tal-inflazzjoni.
    Hu temm jgħid li qed jissaħħu l-benefiċċji soċjali, filwaqt li jikbru t-thresholds għal dawk il-familji u l-individwi li jieħdu l-benefiċċju addizzjonali tal-COLA.
    Fl-istess waqt ġie implimentat il-ftehim għall-istabbiltà tal-aktar oġġetti essenzjali li qed jgħin ukoll biex ikun hemm roħs fuq madwar 450 prodott tal-ikel.

Komentáře •