IL-VARA TA’ SAN GEJTANU SE TITTELLA’ RUMA U L-VATIKAN

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 12. 05. 2023
  • ONE.COM.MT • Il-vara ta’ San Gejtanu tal-Knisja Parrokkjali tal-Ħamrun se tittella’ Ruma u l-Vatikan s-sena d-dieħla.
    Dan se jseħħ fl-okkażjoni tal-500 anniversarju minn mindu twaqqfet il-Kongregazzjoni tal-Kjeriċi Regulari, fl-14 ta’ Settembru. Dawn ir-reliġjużi huma magħrufa bħala l-patrijiet Teatini, u wieħed mil-fundaturi tagħhom kien proprju San Gejtanu, li dak iż-żmien huwa kien magħruf bħala Gaetano dei Conti di Thiene.
    Il-vara hija tal-artist Carlo Darmanin u tlestiet fl-1885 u kienet swiet għoxrin lira sterlina.
    L-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede, Frank Zammit, spjegalna kif kollox beda minn kuntatt li għamel miegħu l-Ġeneral tal-Patrijiet Teatini.
    FRANK ZAMMIT
    L-AMBAXXATUR TA’ MALTA GĦAS-SANTA SEDE
    “Beda jurini pjan tal-ħidma li se jagħmlu t-Teatini fil-ħames mitt anniversarju mill-fondazzjoni tagħhom, wieħed mill-fundaturi kien San Gejtanu.”
    Huwa kompla jgħid li l-Ġeneral tal-Patrijiet Teatini qallu li ċ-ċelebrazzjonijiet se jkunu fil-Bażilika Minuri ta’ San Andrea De La Valle. Minn hemmekk, il-vara se titieħed proċessjonalment sa Pjazza San Pietru fil-Vatikan.
    L-Ambaxxatur Zammit għamel kuntatt mal-Arċisqof, li ddereġih għal parir mill-Arċipriet tal-Parroċċa ta' San Gejtanu, Dun Walter Cauchi.
    Dun Walter Cauchi qalilna kif din l-aħbar intlaqgħet pożittivament mill-Ħamruniżi għax il-vara tant maħbuba ta’ San Gejtanu se tingħata pjattaforma unika li fiha se jintwerew l-arti u d-dedikazzjoni tal-Maltin.
    DUN WALTER CAUCHI
    L-ARĊIPRIET TAL-ĦAMRUN
    “Kienet sorpriża kbira u n-nies ħadu ħafna pjaċir, u naħseb illi anke l-poplu Malti għandu jifraħ b’din l-okkażjoni. Forsi din hija l-ewwel statwa li se tasal Ruma hekk. Jista’ jkun forsi ’l quddiem ikun hemm xi opportunità ta’ xi statwa oħra, qaddis jew qaddisa ”
    Intant, waqt iż-żjara li għamel f’Malta din il-ġimgħa, is-Segretarju tal-Istat tas-Sante Sede, il-Kardinal Pietro Parolin, sab ħin biex iżur il-Knisja Arċipretali tal-Ħamrun u l-vara ta’ San Gejtanu. Huwa għamel dan wara suġġeriment tal-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede, Frank Zammit.
    Il-Kardinal Parolin kellu kliem ta’ tifħir għal din l-opportunità unika biex il-vara tittella’ Ruma u sostna l-importanza li l-fidili jimxu wara l-kelma ta’ Ġesu kif għamel San Gejtanu.
    IL-KARDINAL PIETRO PAROLIN
    IS-SEGRETARJU TAL-ISTAT TAS-SANTA SEDE
    “I am very happy and I applaud this initiative. I think it is very timely and very opportune”
    SOTTOTITLI MT: Kuntent ħafna u nfaħħar din l-inizjattiva. Naħseb li hija f’waqtha ħafna u opportuna ħafna.

Komentáře •