IL-PRESIDENZA MALTIJA TAL-OSCE FL-ASJA ĊENTRALI

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 26. 06. 2024
  • ONE.COM.MT • Iċ-Chairperson tal-OSCE u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg, għamel żjara ta’ tlett ijiem fi tliet pajjiżi fl-Asja Ċentrali, l-ewwel darba għal Ministru Malti.
    KITBA: K. SACCO BALDACCHINO / E. PORTELLI
    FILMAT: MFET
    Fl-aħħar tlett ijiem, iċ-Chairperson tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg, żar tliet pajjiżi tal-Asja Ċentrali, li huma l-Każakistan, it-Tajikistan u l-Kirigistan.
    Din hi l-ewwel darba li Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti kellu żjarat uffiċjali f’dawn il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali.
    F’dawn pajjiżi, il-Ministru Borg għadda messaġġ komuni, dak li l-koperazzjoni reġjonali hi ċ-ċavetta għall-istabbilità u s-sigurtà fl-Asja Ċentrali u lil hinn minnha.
    Fil-kapitali tal-Każakistan, Astana, il-Ministru wassal sentiment ta’ simpatija u appoġġ għall-poplu ta’ dan il-pajjiż, wara l-għargħar devastanti li laqat diversi nħawi fl-aħħar xhur.
    IAN BORG
    MINISTRU
    “Bħala Chairperson tal-OSCE qattajt ġurnata laqgħat fil-Każakistan, fejn hawn l-OSCE għandha l-uffiċċji tagħha, iltqajt mal-President, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, mal-Parlament kif ukoll mal-Qrati u mas-soċjetà ċivili u l-ħaddiema ta’ dan l-uffiċċju. Kienet esperjenza interessanti dwar ir-riformi u anke kemm għad fadal xi jsir, u x’qed tagħmel din l-organizzazzjoni li tħares is-sigurtà b’mod komprensiv u fejn irridu mmorru minn hawnhekk.”
    Fit-Taġikistan, il-Ministru Borg sostna mal-mexxejja tal-pajjiż dwar l-importanza tal-koperazzjoni reġjonali biex jingħelbu sfidi komuni. Hawnhekk semma, fosthom, proġetti biex jistabbilizzaw il-fruntieri mal-Afganistan u anke inizjattivi oħrajn biex jittaffew l-impatti tat-tibdil fil-klima.
    Il-Ħamis, fil-Kirigistan, il-Ministru Borg sostna li l-OSCE, li bħalissa hi mmexxija minn Malta, qed tagħha tagħti importanza kbira lid-djalogu kontinwu li għandha ma’ dan il-pajjiż fuq diversi temi ewlenin, fosthom l-iżvilupp ekonomiku, il-qalba diġitali, it-theddid transnazzjonali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq is-sigurtà.

Komentáře •