DANIEL ATTARD JILQA’ L-ISFIDA TA’ DELIA

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 21. 05. 2024
  • ONE.COM.MT •Il-kandidat Laburista Daniel Attard laqa’ l-isfida ta’ Adrian Delia għal dibattitu fuq in-NET għada, anke jekk tal-Partit Nazzjonalista assumew li dan ma kienx se jseħħ, għax kien xi beżżiegħ.
    Dan ukoll wara li Attard kien diġà skedat li jaffronta lill-istess eks Kap Nazzjonalista fuq l-istazzjon tal-Knisja s-Sibt li għadda, imma, għal raġuni li baqgħet mhux magħrufa, dak id-dibattitu tħassar ftit sigħat biss qabel.
    KITBA: SAMUEL LUCAS
    FILMAT: ARKIVJI
    Nhar is-Sibt il-kandidat Laburista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Dr Daniel Attard kien mistieden biex jiddibatti ma’ Adrian Delia fuq il-programm ‘Għandi Xi Ngħid’ ta’ Andrew Azzopardi.
    Minkejja dan, ftit sigħat biss qabel, Attard ġie informat mill-istazzjon tal-Knisja li dan id-dibattitu kien tħassar u, tul il-programm, il-preżentatur ukoll naqas milli jispjega tali deċiżjoni.
    Wara li Daniel Attard ħabbar dan fuq il-midja soċjali, l-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia bħal donnu ħadha bħala xi attakk personali u kien pront jisfida lil Daniel Attard għal dibattitu fejn u meta jrid.
    Fl-istess waqt, il-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet tan-NET, Robert Cremona, kien pront jibgħat stedina personali lil Daniel Attard u saħansitra ppubblika l-imejl li bagħat fuq il-midja soċjali, bil-għan li jipprova jirredikolah.
    Għax kemm hu, kemm Delia u kif ukoll bosta esponenti tal-Partit Nazzjonalista assumew li Attard ma kienx se jattendi.
    Taħt dawn il-posts fuq il-midja soċjali kienu ħafna dawk li għażlu li jattakkaw lil Daniel Attard u kien hemm min għajru beżżiegħ, kiesaħ u tifel żgħir. Kien hemm ukoll min qal li l-Partit Laburista ħareġ xi direttiva biex ħadd mill-kandidati ma jmur fuq NET TV.
    Bil-kontra ta’ dan, però, Daniel Attard b’kalma u b’konvinzjoni stqarr li, bil-maqlub ta’ Roberta Metsola li mhi tieħu sehem fl-ebda dibattitu, hu aċċetta din l-istedina u se jkun qiegħed jiddibatti ma’ Adrian Delia fuq Net TV.

Komentáře • 2