IL-FARMERS MARKET MILL-ĠDID FIN-NAĦA T’ISFEL TA’ MALTA

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 14. 04. 2023
  • ONE.COM.MT •
    Mil-lum, il-kunċett tal-Farmers’ Market ġie estiż fil-Birgu, u l-konkorrenza kienet qawwija.
    Dan il-kunċett ġie estiż bil-għan li l-prodott lokali jkompli jkun eqreb tal-konsumaturi u l-familji.
    IL-FARMERS MARKET MILL-ĠDID FIN-NAĦA T’ISFEL TA’ MALTA
    Mis-Sibt, il-ħmistax ta' April, ġie estiż il-kunċett ta' Farmers' Market fil-Birgu, biex il-prodotti tal-bdiewa lokali jitwasslu aktar qrib in-nies.
    Dan sar permezz tal-ħidma tas-sezzjoni ta' Sorveljanza fi ħdan l-Aġenzija Maltija għall-Ikel, bil-għan li ssaħħaħ il-prodott lokali.
    Fi żjara li għamlu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Maltija għall-Ikel, Brian Vella, ġiet innutata l-konkorrenza qawwija tan-nies, u kif dan il-kunċett qed jgħaqqad aktar lir-raħħala, lis-sajjieda u lill-bdiewa, mal-konsumatur.
    BRIAN VELLA
    IL-KAP EŻEKUTTIV TAL-AĠENZIJA MALTIJA GĦALL-IKEL
    “L-irwol tal-Malta Food Agency huwa wkoll li jagħmel u jorganizza il-Farmers' Market fejn qed imur f’lokalita’ partikolari, fil-Birgu, biex naraw li nersqu iktar, anke bil-prodotti li jipproduċu l-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda tagħna, aktar lejn il-konsumatur.”
    Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli, irrimarkat kif il-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu mal-Malta Food Agency, qed twassal biex il-konsumaturi jgħixu ħajja aktar sana.
    ALISON ZERAFA CIVELLI
    SEGRETARJU PARLAMENTARI
    “Il-Kunsill Lokali tal-Birgu b’kollaborazzjoni mal-Malta Food Agency, reġa’ ħadem bis-sħiħ sabiex il-Food Market jiġi fit-toroq ta’ dawn in-naħat. Għaldaqstant inkompli nħeġġeġ lin-nies, hekk kif qamu llum biex jixtru il-prodott Malti, prodott frisk, u prodott bnin sabiex huma wkoll, jgħixu ħajja sana.”

Komentáře •