TQABBEL LILHA NNIFISHA MA’ SIMBOLU NAZZJONALI

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 25. 05. 2024
  • ONE.COM.MT • Waqt li tagħmel ħilitha biex taħrab mill-mistoqsijiet pertinenti tal-ġurnalisti, Roberta Metsola reġgħet irrikorriet għall-midja stampata, u f’artiklu fit-Times qabblet lilha nnifisha ma’ xi simbolu nazzjonali.
    Qaltilna li għandna nkunu kburin, għax kull fejn tixref riġlejha, skontha, tperper bi kburija l-bandiera Maltija.
    KITBA: JOSEF CARUANA
    FILMAT: TIMES/ARKIVJI
    F’kitba egoċentrika ta’ min jaħseb li jaf l-aħjar, Roberta Metsola ddeskriviet lilha nnifisha bħala xi simbolu nazzjonali għal pajjiżna u kulħadd għandu jkun kburi li għandu lilha tirrappreżentah madwar id-dinja.
    F’artiklu fit-Times tal-Ħadd, Metsola tkellmet dwar il-pożizzjoni tagħha bħala l-President tal-Parlament Ewropew fl-aħħar sentejn u tenniet li għandna nkunu kburin li hi kienet l-ewwel Maltija li laħqet f’dan il-livell. Qalet li dan “jippermetti li l-bandiera Maltija tittajjar bi kburija kull fejn tmur”.
    Bl-istess mod, fl-aħħar jiem il-kandidata Nazzjonalista xtrat magażin tat-Times biex tgħid li hi “l-unika tama għal Malta” lejliet l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju li ġej.
    Dan anke jekk baqgħet tevita kull dibattitu ma’ kandidati oħrajn biex l-elettorat ikun jista’ jiġġudika aħjar.
    Ironikament, fl-artiklu tagħha fit-Times, Metsola attakkat lill-Prim Ministru Robert Abela, għax ikun f’“daru”, b’deskrizzjoni għall-istazzjon ONE, fejn ġie intervistat bl-istess mod li, kontinwament, iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti minn kull mezz tal-midja.
    Xi ħaġa li hi stess taħrab kontinwament, għajr fejn tħossha komda li mhux se jagħmlulha dawk il-mistoqsijiet pertinenti li faċilment iħammrulha wiċċha.
    F’waħda mill-okkażjonijiet rari, ONE News sabha fir-Rabat fejn staqsiha mistoqsijiet diretti kemm dwar ir-raġunijiet għalxiex qed taħrab id-dibattiti kif ukoll dwar iż-żjara tagħha f’Iżrael, li ppreċediet il-ġenoċidju f’Gaza.
    Skomda għall-aħħar, spiċċat tgħid li qed tiddibatti hemmhekk mal-ġurnalist ta’ ONE News u dwar iż-żjara f’Iżrael, li wasslet għall-akkużi internazzjonali li għandha d-demm tal-innoċenti fuq idejha, saħansitra qalet li hi marret Iżrael biex issalva l-ħajjiet.
    Iżda kien ċar fl-artiklu tat-Times, fejn ukoll indikat li kienet maħruqa, għax spiċċat fuq billboard bl-uċuh ewlenin tal-establishment Nazzjonalista, Metsola qed tħoss ir-rabja popolari wara li fl-aħħar ħames snin, flimkien ma’ seħibha David Casa, ħadmet kontra l-interessi ta’ pajjiżna.

Komentáře • 5

  • @josephabdilla6946

    Jekk tghidli li ma miet hadd minn mindu mort int nghidlek brava, imma jekk mietet persuna wahda biss nghidlek tista tmur tixxejjer ma l-erbgha tir-rjih tad-dinja ja pruzuntuza.

  • @josephabdilla6946

    Ha nziedu martri ohra mal lista.

  • @gustavtonna7407

    TAGHMILX BHAL ZHABEK KONTRA MALTA, GHANDKOHM IL-IL-PARTIT JIRRANGA IL-PROBLEMI MHUX MA L-AWROPA.

  • @danielcamilleri16

    Halinna mieghnek Mazzola.

  • @JohnCamilleri-pk6gy

    Minn ma jafdkx. JHsbek li int I mother Teresa Mur ghajdilom. Li int favur abort hu idejk Iimcapsin bid demm t eluf li Miletus. F Garza Mara imxajtna li