ĦAL QORMI JSELLEM LIS-SINDKU MAĦBUB

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 12. 11. 2020
  • ONE.COM.MT • Renald Falzon, is-Sindku ta’ Ħal Qormi ta’ sitta u erbgħin sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
    Ħal Qormi jinsab maħsud bl-aħbar tal-mewt tas-Sindku maħbub li kien magħruf kemm kien jaħdem man-nies, għan-nies.
    Kienu bosta li sellmu l-memorja ta’ Renald, fosthom il-Prim Ministru.
    Fis-servizz li jmiss se nagħtu tislima xierqa lil dan ir-raġel li qatt ma fittex l-attenzjoni iżda llum jixraqlu kull ġieh għal ħidma komunitarja.
    KITBA EDWARD MONTEBELLO
    FILMAT BJORN BONELLO / ARKIVJI
    RENALD FALZON
    “Jiena nħoss li kien riżultat pożittiv ħafna għall-Partit Laburista ġewwa Ħal Qormi” “Minn issa ‘l quddiem inħarsu ‘l quddiem ningħaqdu flimkien għal Ħal Qormi ħa naħdmu għal ġid tar-raħal flimkien.”
    Dan kien il-kumment tal-mibki Renald Falzon, is-Sindku maħbub li ġie elett is-sena l-oħra.
    Illum Ħal Qormi orfni.
    Wieħed minn uliedu għadda għad-dinja l-oħra wara diversi jiem l-isptar jissielet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
    Renald Falzon, ta’ sitta u erbgħin sena, missier ta’ tliet itfal kien politiku eżemplari u raġel tal-familja.
    Uliedu kollha kienu għal qalbu kif jixhed dan il-filmat riċenti meta ibnu għalaq għeluq sninu.
    Hekk kif ħarġet l-aħbar tal-mewt tas-Sindku Qormi, kienu bosta li taw il-kondoljanzi lill-familja Falzon.
    Il-Prim Ministru Robert Abela ta l-kondoljanzi sinċiera lil mart Renald Falzon u lill-uliedu.
    Fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi wera s-sogħba tiegħu għat-telfa ta’ dak li ħadem bla heda man-nies, għan-nies.
    Renald Falzon kien magħruf għal ħidma komunitarja u kemm kien viċin in-nies u dan stqarru wkoll il-Partit Laburista fi stqarrija li sellem ukoll il-memorja ta’ Renald.
    Anki l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sellmet lil Falzon.
    Intant f’Ħal Qormi, spikkaw bnadar li ttajru mezz asta, ċoff iswed mal-bieb fejn Renald ta saħħtu, jiġifieri l-binja tal-kunsill lokali.
    It-tislima xierqa lejn Renald se tingħata s-Sibt filgħodu fil-belt li tant ħabb u ħadem tant għaliha.
    Renald mhux se jintesa, ħidmietu se tibqa’ tidher f’post twelidu.
    Kif qalilna hu stess, se ngħodduk wieħed minna.
    Renald issa strieħ waqt li aħna nroddulek ħajr ta’ kemm ħdimt għall-komunità.
    Is-sliem Renald.

Komentáře • 1

  • @klx100
    @klx100 Před 3 lety

    Rest in peace Dear Renald :( x