TWISSIJA DWAR IL-PROVVISTI TAL-GASS FL-UE

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 24. 06. 2024
  • ONE.COM.MT • Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri wissiet li, jekk l-Unjoni Ewropea trid tkun kompletament imħejjija għal kriżi oħra tal-enerġija, fadal aktar sfidi x’jiġu indirizzati mis-sebgħa u għoxrin stat membru, b’mod speċifiku dwar il-provvista u s-sostenibilità tal-użu tal-gass.
    KITBA: JOSEF CARUANA
    FILMAT: ARKIVJI
    Rapport ippubblikat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jwissi li l-Unjoni Ewropea għad fadlilha sfidi sinifikanti x’tindirizza jekk trid tkun imħejjija kompletament għal kriżi oħra tal-enerġija.
    Għalkemm l-Unjoni Ewropea adottat għadd ta’ miżuri ta’ emerġenza biex tilqa’ għad-deċiżjoni tar-Russja li tagħlaq il-provvista lejn l-Ewropa bħala ritaljazzjoni għas-sanzjonijiet imposti fuqha bil-gwerra, il-benefiċċji ta’ dawk l-azzjonijiet mhux dejjem kienu ċari, qalet il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
    Minbarra dan, ir-rapport tagħha jipponta wkoll lejn numru ta’ sfidi ġodda li l-istituzzjoni ta’ sebgħa u għoxrin stat membru trid tiffaċċja jekk trid tassigura provvisti tal-gass fuq perjodu twil ta’ żmien, inkluż id-dipendenza akbar fuq il-liquefied natural gas, l-LNG, u l-ħtieġa ta’ dikarbonizzazzjoni ta’ parti mill-konsum tal-gass.
    It-tnaqqis veloċi fl-importazzjoni tal-gass mir-Russja, li ammonta għal ħamsa u erbgħin fil-mija tal-importazzjoni kollha fl-Unjoni Ewropea fl-2021, ħoloq kriżi ta’ provvista li wasslet għal kriżi fl-affordabilità, bil-prezzijiet bil-grossa jisplodu bi kważi seba’ darbiet f’perjodu ta’ sena.
    Waqt li wħud mill-pajjiżi ssussidjaw dawn il-prezzijiet biex jittaffa l-piż kbir fuq il-konsumaturi u n-negozji, kienet biss Malta li żammet il-prezzijiet kollha l-istess għal kulħadd.
    L-Unjoni Ewropea rnexxielha tilħaq il-mira li tnaqqas id-domanda fil-gass bi ħmistax fil-mija waqt il-kriżi, iżda l-awdituri ma setgħu jiddeterminaw jekk dan kienx fattur tal-miżuri waħedhom jew minħabba fatturi esterni, bħal prezzijiet għoljin jew xitwa aktar sħuna mis-soltu.
    B’ħarsa ’l quddiem, l-awdituri jikkonkludu li l-Unjoni Ewropea teħtieġ issaħħaħ il-qafas tal-affordabilità tal-gass tagħha, waqt li l-ħtieġa li jitnaqqas it-tniġġis mill-konsum tal-gass, bħala parti mill-miri ambjentali sal-2050, se tinħass ferm aktar.

Komentáře •