JILQGĦU L-AĦBAR LI L-KARNIVAL SE JSIR DARBTEJN

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 10. 09. 2024
  • ONE.COM.MT • L-għada li ġie mħabbar li l-Karnival se jkun qed isir darbtejn, ONE News tkellem ma’ parteċipanti u dilettanti tal-Karnival, fejn ilkoll laqgħu din l-aħbar b’sodisfazzjon.
    Dan hekk kif barra l-Karnival fi Frar, se jsir Karnival ieħor f’Mejju li ġej, li se jsir b’mod normali, bħal qabel il-pandemija.
    L-aktar li laqgħu din l-aħbar huma dawk fil-kumpaniji taż-żfin, li ħejjew il-kostumi u se jagħtu spettaklu fil-pjazzez, f’Mejju.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: CHRIST BORG / ARKIVJI
    Dilettanti u parteċipanti tal-Karnival laqgħu l-aħbar li din is-sena, il-Karnival se jkun qed isir darbtejn.
    Dan hekk kif il-Karnival ta’ Frar se jkun qed isir b’mod ridott, waqt li bejn l-għoxrin u t-tnejn u għoxrin ta’ Mejju li ġej, se jkun qed isir Karnival bħal ma kien dak ta’ qabel il-pandemija.
    L-għada li l-Gvern ħabbar dan, ONE News tkellem ma’ żewġ kumpaniji taż-żfin tal-Karnival.
    Mark Mallia, li huwa leader ta’ kumpanija ta’ żfin, qal li r-renju tal-bluha huwa festa ta’ kuluri li jixraqlu jerġa’ jingħata l-ħajja.
    MARK MALLIA
    LEADER TAT-TITTI CARNIVAL COMPANY
    “Tilqa’ l-aħbar tajjeb għax li kieku ma sarx hekk, tista’ tgħid li l-Karnival ta’ Malta kien qiegħed imut. Għalxiex? Il-Karnival ta’ Malta mhux aħna biss, warajna hemm 35 żeffien, tibqa’ ma jsirx, ma jsirx jispiċċa dan l-oġġett, in-nies dejjem jibqgħu jintilfu. Anki n-nies li jinżlu l-maħżen ma ssibx nies. Din is-sena ftit konna. Għalxiex? Pandemija, kissret ħafna minn dak li bnejna. Issa din l-aħbar ħa ttina ħafna aktar saħħa. Għalxiex? In-nies qed jitħajjru iżjed jidħlu fil-Karnival u aktar ikomplu fil-Karnival.”
    Tkellimna wkoll ma’ wieħed mil-Leaders tal-Għaqda Kultura Armar ta’ Ħal Tarxien, Joseph Abela Galea li wkoll laqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li fil-Karnival ta’ Mejju se jsiru l-isfilati u ż-żfin, bil-flus li ntefqu fil-kostumi se jitgawdew.
    JOSEPH ABELA GALEA
    LEADER TAL-GĦAQDA KULTURA ARMAR TARXIEN
    “Għalina sodisfazzjon kbir, ħa naħdmu minn qalbna għal dan il-Karnival. Mejju, forsi xahar li mhux soltu ngawdu l-Karnival, allura ċertu kostumi jkunu ħoxnin, bħal m’għandna preparati, jiġifieri ma nistgħux nirrangawhom. Però l-pubbliku li ġej f’Mejju se jieħu pjaċir, li jara ż-żfin, se jerġa’ jkun Pjazza San Ġorġ, il-competition taż-żfin li ssir issoltu.”
    Iż-żewġ leaders ta’ dawn iż-żewġ gruppi qalu magħna kif xogħolhom ma waqafx, hekk kif xorta għamlu l-kostumi u anke l-karrijiet, li żġur li kemm fi Frar u f’Mejju se jpaxxu l-għajnejn ta’ min jarahom.
    Tkellimna wkoll mad-Dilettant tal-Karnival Brian Bonnici li spjega li din l-aħbar turi maturità sabiex it-tradizzjoni tal-Karnival tibqa’ ħajja minkejja l-isfidi.
    BRIAN BONNICI
    DILETTANT TAL-KARNIVAL
    “Il-Karnival mhuwiex xi ħaġa ristrett għal perjodu wieħed biss. Jiġifieri anke l-istorja stess turina li kien hemm perjodi fejn il-Karnival, anke fl-antik, mhux biss sar fi żmien ta’ Frar imma sar fi żminijiet oħra. Jiġfieri din hija matura ngħidilha jiena. Hija xi ħaġa fejn imxejt maċ-ċirkunstanza, sadanittant intwera rispett lejn it-tradizzjoni għax ħa jkollna wkoll Karnival fi Frar, fejn anke t-talenti tal-karristi, illi wkoll għamlu karrijiet iżgħar mill-qies tas-soltu, se jkunu apprezzati hekk kif dawn se jkunu esebiti l-Belt.”
    Brian Bonnici nnota kif dawn il-karrijiet li se jintramaw fil-Karnival ta’ Frar, se jkunu imbagħad qed iduru t-toroq waqt il-Karnival ta’ Mejju.
    Fakkar kif riċentament il-Gvern kien mexxa l-Karnival b’ġimgħa, wara li l-karrijiet kienu ġew affettwati minn maltempata qawwija u sabiex it-tradizzjoni tal-Karnival tibqa’ ħajja.

Komentáře •