MIXLIJA B'RIKATT U RĊIVEW €33,000

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 3. 07. 2024
  • ONE.COM.MT •MIXLIJA B'RIKATT U RĊIVEW €33,000
    Clyde u Mario Mallia, Massimo Fasanelli, Chanelle Spiteri, Christine u Xasnolley Schembri tressqu l-Qorti mixlija b’rikatt li laħħaq it-tlieta u tletin elf ewro b’rabta ma’ prostituzzjoni.
    Fil-Qorti ntqal kif l-imputat kien jikseb servizz ta’ prostituzzjoni mingħand Spiteri, iżda darba minnhom, madwar sentejn ilu mar u minflok sab lill-aħwa Mallia. B’dawn tal-aħħar ħebbew għalih filwaqt li talbuh erbatax-il elf ewro.
    Għalkemm it-theddid allegatament kien waqaf f'Mejju li għadda reġa’ kompla mill-aħwa Mallia u Fasanelli, li heddewh li kienu se jippubblikaw xi filmati tiegħu jekk ma jħallashomx bejn elf u elfejn kull darba.
    Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-investigazzjonijiet ikkonfermaw dawn il-ħlasijiet hekk kif ġew ippreżentati transazzjonijiet fuq Revolut, li wasslu biex l-akkużati ġew arrestti fit-tnejn ta’ Lulju.
    Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadia Helena Vella ħarġet ordni ta’ ffriżar fil-konfront tal-imputati kollha għas-somma totali u ordnijiet ta’ protezzjoni fuq il-vittma u l-familjari tiegħu.
    Għalkemm intlaqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fil-konfront ta’ Chanelle Spiteri taħt diversi kundizzjonijiet, żammet lill-imputati l-oħra taħt arrest.
    MIXLI LI STUPRA TFALJA F’LUKANDA
    Jules Charles Jean Martin, żagħżugħ ta’ 19-il sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li stupra tfajla Belġjana, li ltaqa’ magħha f’pajjiżna, waqt li t-tnejn kienu waqt btala.
    Huwa ġie mixli li t-Tnejn li għadda, f’lukanda f’San Ġiljan hu allegatament stupra lit-tfajla.
    Fil-Qorti, hu ġie mixli wkoll li wettaq att ta’ natura sesswali mingħajr il-kunsens tat-tfajla.
    Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.

Komentáře •