IL-PM ROBERT ABELA JWIEĠEB IL-MISTOQSIJIET TAL-ĠURNALISTI

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 9. 07. 2024
  • ONE.COM.MT • U wara l-inawgurazzjoni tal-proġett tax-shore to ship, il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fejn fost oħrajn iddikjara li ma jeskludix li lil Chris Fearne jinnominah bħala Kummissarju Ewropew.
    Dr Abela sostna li din hija probabbiltà reali u li se jkun qed jistenna sal 24 ta’ Lulju fejn hemm il-Qorti tiddeċiedi jekk hemmx biżżejjed evidenza kontra Fearne biex jitpoġġa taħt att ta’ akkuża.
    KITBA: SAMUEL LUCAS
    FILMAT: ARKIVJI
    Il-Prim Ministru Robert Abela sostna li ma jeskludix li jinnomina lil Chris Fearne bħala Kummissarju Ewropew.
    Dr Abela qal dan waqt li kien qed iwieġeb il-misoqsijiet tal-ġurnalisti wara konferenza tal-aħbarijiet. Fil-fatt, il-Prim Ministru sostna li din hija waħda mill-possibiltajiet jew probabbiltajiet reali u li se jkun qed jistenna sal-24 ta’ Lulju.
    Dan hekk kif dakinhar se jkun qed jiġi deċiż mill-Qorti jekk hemm biżżejjed evidenza kontra tiegħu b’rabta mal-każ tal-konċessjoni tat-tliet sptarijiet.
    ROBERT ABELA
    PRIM MINISTRU
    “Fil-Qorti hemm fost oħrajn Chris Fearne. Teskludi li jekk il-Qorti ma ssibx biżżejjed evidenza Prima Facie terġa’ tinnomina lil Chris Fearne bħala Kummissarju? Assolutament ma neskludijiex anzi hija waħda mill-possibiltajiet jew probabbiltajiet aktar reali. Jiena l-pożizzjoni li ħadt dwar Chris kienet waħda ċara u konsistenti sa mill-bidu nett u ddispjaċieni b’dak li ġie rappurtat fl-aħħar jiem però l-aktar li ddispjaċini huwa dwar l-ipokrezija li wera l-Partit Nazzjonalista.”
    Fil-fatt, hawn il-Prim Ministru filwaqt li sostna li ddispjaċih ferm dwar ir-rapporti tal-aħħar jiem li jindikaw li Fearne kien vittma ta’ frame-up li nħema kontrih, fakkar ukoll kif il-Partit Nazzjonalista qed ifittex personalment lil Chris Fearne u oħrajn permezz ta’ kawża li fetaħ.
    Intant, il-Prim Ministru kien mistoqsi wkoll dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fosthom dawk f’Birkirkara.
    Dr Abela sostna kif il-Partit Laburista aġixxa b’tali mod li tressaq ’il quddiem l-isem tal-Kunsillier indipendenti wara li m’għaddietx il-mozzjoni biex tinħatar Sindku Yana Debono Grech.
    ROBERT ABELA
    PRIM MINISTRU
    “Kien hemm għażla tal-Partit Laburista u tal-Kunsilliera tiegħu li kienet tkun tfisser li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara jiġi mmexxi mill-Partit Nazzjonalista. Dik l-unika għażla li kien hemm. L-għażla alternattiva kienet li jitressaq ’il quddiem isem il-Kunsillier indipendenti.”
    Il-Prim Ministru wieġeb ukoll mistoqsijiet dwar il-kunsillier tal-Belt Valletta Alfred Zammit. Dr Abela spjega li huwa ltaqa’ ma’ Zammit fl-aħħar jiem u rrijaferma li għad fadallu kontribut kbir x’jagħti lill-Partit Laburista fl-irwol ġdid li għandu.

Komentáře • 2

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 Před 19 dny +2

    Jixraqlu ghax hadem kemm felah. U il partit NAZZJONALISTA imisshom jisthuh ghax dejjem kontra Malta u il Maltin.