REBBIEĦ TAL-20 EDIZZJONI TA’ LIQUORISH

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 8. 07. 2024
  • ONE.COM.MT • L-edizzjoni speċjali ta’ din is-sena ta’ ‘Liquorush’ waslet fi tmiemha lbieraħ filgħaxija, fejn sar magħruf ir-rebbieħ minn fost l-għaxar parteċipanti li kienu diġà parteċipanti jew rebbieħa ta’ edizzjonijiet passati.
    L-avventuri tagħhom f’diversi nħawi tal-Kambodja ntwerew waqt il-programmi, li xxandru kull ġimgħa għal 15-il ġimgħa, u ħinijiet u ġranet oħrajn b’mod esklussiv fuq ONE.
    KITBA: DASIER D’AMATO
    FILMAT: ONE
    Ir-rebbieħ tal-għoxrin edizzjoni ta’ ‘Liquorish All Stars’ hu Fredrick Grech, biex sar l-uniku kompetitur ta’ dan il-programm popolari fuq l-istazzjon ONE li fil-fatt rebħu darbtejn.
    Differenti minn edizzjonijiet preċedenti kollha, din is-sena t-tim ta’ ‘Liquorish’ xtaq jagħmel xi ħaġa differenti biex jiċċelebra l-għoxrin anniversarju u l-grupp ta’ għaxar parteċipanti ttieħdu l-Kambodja f’kultura li hi kompletament differenti minn dik li aħna mdorrijin għaliha.
    Dan minbarra li l-għaxar parteċipanti tal-programm, ippreżentat minn Andrea Cassar, kellhom jgħixu ħajja maqtugħa minn kull kumdità u teknoloġija moderna.
    Fi tmiem l-aħħar programm mis-sensiela, li xxandar it-Tnejn filgħaxija u kien il-ħmistax-il wieħed, Fredrick ġab l-akbar ammont ta’ voti mit-telespettaturi.
    L-avventura tiegħu f’‘Liquorush’ kienet bdiet l-ewwel darba fl-2012 meta fil-Marokk kien għeleb il-kompetizzjoni tal-parteċipanti l-oħrajn.
    Issa fl-edizzjoni ta’ din is-sena spiċċa finalist ma’ Pawla Gafà, iżda fil-vot finali kien hu li reġa’ kiseb l-akbar simpatiji.
    Fi tmiem emozzjonanti fl-istudio u mdawwar mill-bqija tal-parteċipanti, Fredrick ġie ppreżentat bl-unur għat-tieni darba fl-istorja ta’ ‘Liquorish’ mill-preżentatriċi nnifisha.

Komentáře •