EKU TAL-MEWT TA’ LABURIST FL-INTERDETT

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 24. 06. 2024
  • ONE.COM.MT • Bħal-lum tnejn u sittin sena ilu, żagħżugħ ta’ 22 sena, li miet fi traġedja fil-baħar ma setax ikollu funeral normali.
    Minħabba l-ideal u t-twemmin tiegħu, ġie mċaħħad minn tislima li tixraq lil kull min iħalli din id-dinja kawża tal-qagħda politiko-reliġjuża imposta mill-Knisja f’pajjiżna f’dawk iż-żminijiet.
    KITBA: ANTON FALZON
    FILMAT: ARKIVJI
    Toninu Caligari, attivist żagħżugħ fl-età tenera ta’ 22 sena minn Ħaż-Żabbar, kien miet mgħarraq tnejn u sittin sena ilu wara li ħareġ jistad fl-inħawi ta’ Wied il-Għajn.
    Kien bħal-lum, il-25 ta’ Ġunju, ta’ 62 sena ilu, meta sar il-funeral tiegħu, li kawża tas-sitwazzjoni politiko-reliġjuża ta’ dak iż-żmien baqa’ mmarkat b’tebgħa kbira sewda fl-istorja ta’ pajjiżna.
    Minħabba twemminu u l-attiviżmu tiegħu fil-Partit Laburista, Caligari spiċċa jindifen fil-parti mhux ikkonsagrata taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, magħrufa bħala l-“Miżbla”. L-aħħar “vjaġġ tiegħu” ra mijiet ta’ persuni ta’ kull età, b’ideali Laburisti.
    Bħal tiegħu kien id-destin ta’ oħrajn f’dawk iż-żminijiet. F’dan il-perjodu ikrah impost mill-Knisja Maltija tal-Arċisqof Mikiel Gonzi, kienu ndifnu wkoll fil-“Miżbla” għadd ta’ Laburisti, bħal Ġorġ Gravina, Ġużè Ellul Mercer, Toni Zahra, Karmenu Cini, Amletu Spiteri u Lisa Zammit.
    Kien it-tmienja ta’ April, tal-elf, disa’ mija, wieħed u sittin meta l-Knisja Maltija mponiet l-interdett fuq il-membri kollha tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista wara li l-Ministru Lorry Sant kien ilu bl-istess kundanna minn sena qabel.
    Dan seħħ wara li, fil-gazzetta The Struggle, li tagħha Lorry Sant kien editur, intqal li, f’pastorali tal-isqfijiet, kien hemm paragrafi politiċi.
    Fis-26 ta’ Mejju tal-istess sena, il-Knisja firxet l-interdett fuq anke fuq dawk li kienu jaqraw il-gazzetti Soċjalisti u/jew saħansitra jattendu l-attivitajiet tal-Partit Laburista.
    Dawk interdettjati kienu awtomatikament imċaħħdin mis-sagramenti u l-ikkundannati f’għajnejn il-Knisja Konservattiva ma setgħux iqerru jew jitqarbnu u lanqas jiżżewġu b’mod tradizzjonali, imma minflok kellhom jinħbew fis-sagristiji. La setgħu jirċievu t-tberik fid-djar u l-agħar kienu jmutu mingħajr ma jingħataw il-Griżma tal-Morda.

Komentáře • 1

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 Před 3 dny

    TAL MISTHIJA DAK IZ-ZMIEN LI KELLNA L-ISQOF TA MALTA LIL M. GONZI. SHAME ON YOU TAL KLERU.