JAQLA’ ĊAMATA GĦALIEX QAL LI L-ISTORJA TA’ TEL AVIV HI VVINTATA

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 11. 11. 2020
  • ONE.COM.MT • U Jason Azzopardi qala’ ċamata għaliex qal li l-istorja ta’ Tel Aviv hi waħda vvintata.
    L-editorjal tal-Independent qal li huwa min awl id-dinja li Jason Azzopardi saħaq li l-fatt li hu aċċetta kamra mħallsa mill-grupp tal-Yorgen Fenech f’lukanda lussuża fl-Iżrael, hi storja vvintata biex tiddevja l-attenzjoni.
    KITBA EDWARD MONTEBELLO
    FILMAT ARKIVJI
    L-editur tal-gazzetta indipendenti ‘The Malta Independent’ ta ħarsa lejn l-aġir ta’ Jason Azzopardi li l-ewwel bħal speċi skuża ruħu għall-fatt li aċċetta rigal mill-grupp ta’ Yorgen Fenech, fejn tħallsitlu kamra f’lukanda lussuża f’Tel Aviv, imbagħad ftit wara qal li din hija storja vvintata.
    L-Independent bdiet l-editorjal bit-titlu “Who’s trying to divert attention now?”, billi qalet li ħasbet li Jason Azzopardi ammetta l-iżball li għamel iżda imbagħad malajr dawwar fehmtu.
    Il-gazzetta indipendenti qalet li inqas minn tnax-il siegħa wara li Jason Azzopardi għamel apoloġija, imbagħad ħareġ jgħid li l-Gvern ivvinta storja fuqu.
    Bi kliem ċar daqs il-kristall, l-editur tal-Independent ta ċamata lil Jason Azzopardi u qal li ċertament li l-istorja ta’ Tel Aviv mhiex aħbar falza.
    “Il-mawra tiegħu f’lukanda hija fatt. Li l-kamra fil-lukanda ħallashielu negozjant hija fatt. M’hemm xejn falz fiha. Hija minn awl id-dinja li Jason Azzopardi issa qed jgħid li din hija storja vvintata”, saħqet l-Independent.
    L-Independent fakkret x’qal il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler, li qal kif Jason Azzopardi ma jistax jiġġustifika r-rigal li aċċetta għax xtara rigal ieħor lil min ħallaslu l-kamra f’lukanda li kull lejl jiswa kemxa ġmielha.
    L-Independent temmet tappella lil Jason Azzopardi li kien ikun aħjar li jistenna l-eżitu tal-Kummissjoni Etika u Mġiba tal-Partit Nazzjonalista li qed tinvestigah flok joqgħod iġib l-iskużi u jwaħħal fil-Gvern li qed jipprova jdawwar l-attenzjoni fuqu.

Komentáře •