It-Triq tas-Salib (Via Sagra) ma' Suor Marija tat-Trinita'

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 5. 09. 2024
  • Għat-test sħiħ u għas-Sors, mur: l-ewkaristijau...
    L-Ewwel Stazzjon: Ġesù kundannat għall-mewt
    Int ukoll, tassew, int ukoll kundattat għall-mewt, imma ma tagħtix kas tal-mument tagħha. Se mmutu - din verità kbira. Għad jgħibu d-dellijiet u ma jifdal xejn minn dak li issa hu. Tgħallem minni kif tħejji għall-mewt u kif se tmut.
    It-Tieni Stazzjon: Ġesù mgħobbi bis-salib
    Għalkemm kont mifni mit-tbatijiet tal-lejl u tas-swat, qbadt is-salib b’imħabba u ferħ. Kien għal dis-siegħa li ġejt. Ma ħsibtx għalija nnifsi imma għall-fidwa.
    Kull salib li tingħata, ilqgħu bl-imħabba u bil-ferħ. Taħsebx fik innifsek. Aħseb għall-opra tal-fidwa.
    It-Tielet Stazzjon: Ġesù jaqa’ għall-ewwel darba.
    Ma kontx ili miexi li ma waqajtx.
    Tistagħġibx meta taqa’, iżda bħali, erġa’ qum.
    Ir-Raba’ Stazzjon: Ġesù jiltaqa’ ma’ Ommu.
    Ma kontx tagħrafni. Ma kontx aktar b’bixra ta’ bniedem.
    Ratni u għarfitni u qasmet miegħi l-passjoni. Ħafritilkom u mhux biss, imma m’hemmx omm li tħobb ‘l uliedha daqsha. Ma tieqafx tishar fuqkom u tipproteġikom u tinterċedi għalikom sa minn mindu twelidtu. Tindokra bħala omm u siekta, għalkollox moħbija u lanqas biss tistenna ringrazzjament, biss tixtieq li tirringrazzjaw ‘l Alla.
    Indirizza lilha ħtiġietek. Qalb il-Mulej ma tiflaħx tieqfilha t-talba tagħha.
    U biex tirringrazzjaha, ipprova imitaha.
    Il-Ħames Stazzjon: Xmun iċ-Ċirinew jgħin lil Ġesù
    Ara kif, b’xi mod ridt li l-umanità tieħu sehem fil-fidwa tagħha stess, rappreżentata miċ-Ċirinew. Dejjem hekk jiġri. Dawk li ma jikkummettux ruħhom, dawk li jirrifjutaw li jobdu l-kmandamenti t’Alla jeħtieġ li tirbħuhom għalikom. Jekk iġġorru l-piżijiet ta’ xulxin u jekk tagħmlu lil ħaddieħor dak li tixtiequ li l-oħrajn jagħmlu lilkom, imbagħad jibdew jixtiequ li kienu minn ta’ ġewwa magħkom. Jibdew jaċċettaw l-obbligi wara li jkunu fehmu. Ikunu jħobbuhom ukoll dawn l-obbligi u fil-ġenerożità tagħhom jagħtu aktar ukoll. Huma ħafna fil-familja tiegħi li lanqas biss jafu li huma għax jien, lil tiegħi nagħrafhom mill-intenzjonijiet u mill-azzjonijiet tagħhom.
    Is-Sitt Stazzjon: Veronika tixxotta wiċċ Ġesù
    Qed tinnota kif, għal ġest ta’ tjieba umana, l-ħlas huwa divin? Dejjem hekk. Dak li l-aktar ikkunslani tul dil-mixja terribbli tas-salib ma kienx biss dal-ġest u l-ħlewwa tal-velu tagħha, iżda li jien stajt nagħtiha rikumpens. Il-ferħ tiegħi hu f’li nagħti. Il-grazzji tiegħi bla tarf.
    Nistenna l-okkażjoni biex inkun nista’ nurhom b’dan. Nistenna l-okkażjoni li fiha toffruli qalb lesta li tilqagħhom. Tassew ninsab barra l-bieb inħabbat.
    Is-Seba’ Stazzjon: Ġesù jaqa’ għat-tieni darba taħt is-salib.
    Hawn kelli naqa’ mejjet. Kont għalkollox eżawrit. Iżda kien għadu mhux kollox mitmum. Ħsibt fl-erwieħ u mħabbti tagħtni l-qawwa nerġa’ nqum. Meta intom ma tkunux tifilħu aktar minħabba l-għejja u t-tbatijiet, itlobu l-imħabba. Din qatt ma tiġi miċħuda lil min jitlobha.
    It-Tmien Stazzjon: Ġesù jikkonsla n-nisa ta’ Ġerusalemm.
    Qed tarani? Biex inkellem lin-nisa li qed jibku, hawn jien mill-ġdid bil-wieqfa. Meta wieħed jaħseb fit-tbatijiet tal-oħrajn, jinsa ’l tiegħu. Jeħtieġ titolbu għall-oħrajn, anki aktar milli għalikom stess.
    Itlobu għall-intenzjonijiet il-kbar tal-Knisja: is-salvazzjoni tal-erwieħ; ir-rebħa tal-verità tal-Fidi; il-missjonijiet; il-kleru u l-unità viżibbli tal-Knisja tiegħi; il-fejqan tal-ġrieħi li għandha l-Knisja tiegħi fil-livell uman tagħha u li jdgħajfulha l-ħidma tagħha u bħal jitfgħulha velu fuq id-dawl tagħha - id-dawl tal-kelma tiegħi.
    Hemm bżonn titolbu ’l Alla għad-doni divini tiegħu: il-fidi; il-fedeltà - li hija l-karità fil-prattika; u t-tisħib fil-grazzja, li hi frott it-tama.
    Id-Disa’ Stazzjon: Ġesù jaqa’ għat-tielet darba taħt is-salib.
    Hawn jien għal darb’oħra mal-art, sfinit. Nieqaf hawn? Il-mewt kienet tkun ħelwa li kellha tiġi issa. Batejt bil-wisq aktar minn dak li kien ikun biżżejjed għall-fidwa tal-umanità.
    Iżda din it-tbatija żejda kienet meħtieġa għal tant erwieħ li jirriskjaw li, fil-bruda u fis-soddisfazzjon personali jitlifu dak li għandu tant valur li ġie afdat f’idejhom, u jintilfu.
    Fhimtni? L-ebda mħabba ma tintilef. L-ebda tbatija m’hi mitlufa fil-ħajja tal-imħabba. Kun ġeneruża. Qatt m’inti se tkun wisq ġeneruża. Qatt m’int se tasal għal dak li hu biżżejjed.
    L-Għaxar Stazzjon: Ġesù mneżża’ minn ħwejġu.
    Qed tara kif jien tajt kollox u lanqas ma żammejt imqar rikordju għal Ommi, lanqas it-tunika? L-għotjiet tiegħi huma ta’ tip ieħor.
    Ħallihom ineżżgħuk, l-aktar mill-ħwejjeġ materjali u mbagħad mid-drittijiet, mill-enerġija; minn ħsibijietek.
    Lil Alla tkun qed tagħti kollox. Meta tasal mewtek, ma jifdallek xejn ħlief dak li tkun tajt lilu...
    Għal aktar Punti ta' Tagħlim Nisrani u Talb mur: l-ewkaristijau...

Komentáře • 44

  • @user-dl4ch3ns9d
    @user-dl4ch3ns9d Před 6 měsíci +1

    Mulej ħenn għalina u l-maħfra ta' dnubietna għatina. Grazzi Mulej u żomm idejK fuq min qed juża dawn il-mezzi biex jintlaħqu aktar nies
    .

  • @user-gf4zn2yn7u
    @user-gf4zn2yn7u Před 9 měsíci +3

    O MULEJ GESU, F ISEM IL BDIEWA TAGHNA GRAZZI HAFNA TAX XITA. KEMM INT KBIR O ALLA TIEGHI
    INT BISS IS SID TAS SEMA U TA L ART. TKUN IMAFFHAR GHAL DEJJEM.AMEN.

  • @phyllismizzi2822
    @phyllismizzi2822 Před rokem +1

    Grazzi tal via sagra 🙏🙏🙏

  • @martincaruana7058
    @martincaruana7058 Před 7 měsíci +1

    KEMM HI TALBA SABIEHA .GHIDUWA PLEASE 🙏 🙏 U TKUNU VERY HAPPY. THANKS GOD ALMIGHTY AND BLESS US ALL

  • @user-gf4zn2yn7u
    @user-gf4zn2yn7u Před 9 měsíci +3

    O GESU JIEN NAFDA FIK DEJJEM.AMEN.

  • @ritaspiteri477
    @ritaspiteri477 Před 6 měsíci +3

    Proset tal via sagra niehu gost nghida mieghek god bless you 💓

  • @knconyia
    @knconyia Před 6 měsíci +1

    God heal my kids Amen

  • @martincaruana7058
    @martincaruana7058 Před 9 měsíci +3

    AMEN BLESSED JESUS GOD 🙏 ❤ YOU DIED FOR US TO SAVE US THANKS ALMIGHTY GOD.

  • @martincaruana7058
    @martincaruana7058 Před 8 měsíci +4

    NADURWAK U INQIMUK SINJUR ALLA MULEJ . . AMEN 🙏 . THANKS ALMIGHTY GOD 🙏 AND BLESS. BLESSED JESUS GOD 🙏.

  • @antoniabuttigieg5264
    @antoniabuttigieg5264 Před 2 lety +1

    Grazi ta din il Via Sagra veru sabieha prosit Amen

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @philipgatt5763
    @philipgatt5763 Před rokem +1

    Grazzi Tal hsibijiet Vera fijhom fuq ix tirrifletti

  • @gemmamifsud8385
    @gemmamifsud8385 Před 3 lety +2

    GRAZZI HAFNA naghida kull nar ta ghimmgha

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @marydiacono5026
    @marydiacono5026 Před 3 lety +3

    Grazzi ta din il via sagra proset ammen

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @marycauchi856
    @marycauchi856 Před rokem +2

    God bless you u Proset jiena u ir ragel kuljum nghejduha mieghek 🙏🙏🙏

  • @fazilflorentine2626
    @fazilflorentine2626 Před 3 lety +2

    Prayers is what turns problems into blessings y'all 🙏

  • @janelanzon6011
    @janelanzon6011 Před 3 lety +2

    Grażżi ħafna. Beautiful Michigan USA

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @johnthomasgauci5408
    @johnthomasgauci5408 Před 2 lety

    grazzi il paci mghiek

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @abcd61ful
    @abcd61ful Před 3 lety +4

    Grazzi via sagra vera sabiha.

    • @marycarabott404
      @marycarabott404 Před 3 lety +1

      Glory Glory to the living God xxxx

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @mariaannafarrugia5374
    @mariaannafarrugia5374 Před 3 lety +2

    Grazzi hafna.

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @fazilflorentine2626
    @fazilflorentine2626 Před 3 lety +1

    Alleluia alleluia alleluia ✨🕊️💕

  • @phyllismizzi2822
    @phyllismizzi2822 Před 2 lety +1

    Grazzi tal via sagra min Sydney 🙏🙏🙏

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @marydiacono5026
    @marydiacono5026 Před rokem

    Amen GRAZZI

  • @ritagalea9321
    @ritagalea9321 Před 2 lety +1

    Grazzi tal Via Sagra Melbourne

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @charliepace8051
    @charliepace8051 Před 2 lety +2

    Amen 🙏

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @fredagius8127
    @fredagius8127 Před 4 lety +4

    Grazzi hafna tal Via sagra,mill Canada,God bless you

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @tereasabyers8353
    @tereasabyers8353 Před 2 lety

    Home
    Home is heaven lordJesus; grant that we beseech thee,
    In sincerely,of heart,mind soul,,to be kind,,as for nothing ,
    But heart mind and soul; with you,Jesus our saviour lord,God.
    Holy mother advocate of sinners,to grant us mercy and grace,
    So we come home ,heaven that is!♡♡☆☆

  • @user-gf4zn2yn7u
    @user-gf4zn2yn7u Před 9 měsíci

    A😢

  • @antoinettefalzon2787
    @antoinettefalzon2787 Před 3 lety +1

    Noffri din il Via Sagra,ghall tant morda u dawk li qed jiehdu hsiebhom b imhabba,specjalment l anzjani abbandunati

    • @marydiacono5026
      @marydiacono5026 Před 3 lety +1

      Noffri din il via sagra qal familja tiji grazzi

    • @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519
      @ruzarjidevozzjonijietbil-m5519  Před 2 lety

      Għat-test sħiħ tal-Via Sagra mur: l-ewkaristijaus-sacerdozju.home.blog/2022/09/03/it-triq-tas-salib-via-sagra-ma-suor-marija-tat-trinita/

  • @phyllismizzi2822
    @phyllismizzi2822 Před rokem +1

    Grazzi tal via sagra 🙏🙏🙏🙏