DELIA JGĦID LI JASON AZZOPARDI WEĠĠA’ N-NIES

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 5. 09. 2024
  • ONE.COM.MT • F’intervista li għamel ftit jiem wara li ma baqax Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia tkellem fuq it-tradiment li ġie min-nies mill-istess partit.
    Fuq Jason Azzopardi, qal li dan weġġa’ n-nies u parla fil-vojt.
    KITBA EDWARD MONTEBELLO
    FILMAT FACEBOOK / ARKIVJI
    Fuq il-midja soċjali, il-preżentatur Peppi Azzopardi intervista lill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia li esprima l-weġgħat ta’ dawk in-Nazzjonalisti li appoġġjaw lilu u issa ħassewhom traduti min-nies tal-istess partit.
    ADRIAN DELIA
    EKS KAP TAL-PN
    “Imma li ħasshom traduti minn ħafna jew ftit jew uħud, ma jagħmlux differenza n-numri, mill-istess partit.”
    Delia tenna li hu se jibqa’ fil-Partit Nazzjonalista iżda mhux se jappoġġja lil min ixerred il-gideb.
    ADRIAN DELIA
    EKS KAP TAL-PN
    “Dawk pero illi fil-Partit Nazzjonalista jimmilitaw jew ixerrdu l-gideb u l-mibegħda, jien nappoġjahom bl-ebda mod.”
    Dwar il-gideb, fetħilha kontra Jason Azzopardi li kien minn tal-bidu li mbotta lil Bernard Grech biex jitwarrab Delia.
    Għal Delia, Jason Azzopardi weġġa’ ħafna nies.
    ADRIAN DELIA
    EKS KAP TAL-PN
    “Jason Azzopardi huwa persuna li jigdeb, li jgħid il-falz, illi jiffabrika l-affarjiet fuq in-nies. Jason Azzopardi ħafna drabi jgħid li se jagħmel libelli lin-nies u ma jagħmilhomx. Jason Azzopardi ħafna drabi jweġġa’ lin-nies.”
    Delia talab mill-ġdid lil Azzopardi biex ma jigdibx fuqu.
    ADRIAN DELIA
    EKS KAP TAL-PN
    “Pero mbagħad ma jmurx jibgħat messaġġi lin-nies fejn jgħid li jien mixtri, fejn jgħid li jien korrott, fejn jgħid illi jiena għandi relazzjonijiet ta’ negozju ma’ Yorgen Fenech u oħrajn. Ma jigdibx Jason Azzopardi.”
    Delia ma qagħadx lura li jgħid li Jason Azzopardi jikteb kif ifettili.
    ADRIAN DELIA
    EKS KAP TAL-PN
    “Reġa’ qam għax kultant żmien ifettillu jikteb xi ħaġa mingħajr ma jaħseb. Il-proċess jiġi wara li jaħseb Jason Azzopardi. Ħa nkun ċar daqs il-kristall għax dan huwa wieħed mill-iktar li weġġa’ nies.”
    L-eks Kap Nazzjonalista qal li Jason Azzopardi jparla fil-vojt.
    ADRIAN DELIA
    EKS KAP TAL-PN
    “Jien fil-grupp parlamentari meta kien beda jparla fil-vojt sħaqt, ‘Jekk inti għandek imqar oġġett wieħed li juri li jien għamilt xi wrong-doing, jiena nirreżenja issa’. Ara jagħmlux l-istess, illi fil-mument jirriżulta li dak kollu li qal kien gideb u jirreżenja minnu fih u jagħmlilna pjaċir ilkoll.”
    Intant, Delia bagħat messaġġ ċar lil dawk fil-Partit Nazzjonalista li ħallfu li jeqirduh li hu se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss, anki fuq żewġ distretti.
    ADRIAN DELIA
    EKS KAP TAL-PN
    “Iva se nkun kandidat. Żgur li se noħroġ mal-PN. Ovvjament irrid nikkonċentra fuq id-distrett żgur u diġa bdejt u nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li diġa qed jappoġjawni. Ma neskludix li noħroġ fuq żewġ distretti.”
    Intant lil dawk id-deputati ribelli li sfiduċjawh, Delia qal li kien ħażin li kien hemm min ma rrispettax id-demokrazija meta tliet snin ilu huwa ġie elett Kap.
    ADRIAN DELIA
    EKS KAP TAL-PN
    “Ħażin għamilna tliet snin ta’ qabel. Ma rrispettax id-demokrazija.”
    Finalment, Delia għadda messaġġ lil Bernard Grech biex ma jkunx immexxi minn imnieħru.
    ADRIAN DELIA
    EKS KAP TAL-PN
    “Kun Bernard Grech. Tkunx dawk in-nies li forsi rieduk tkun hemm u li riedu jneħħu lili.”

Komentáře • 4

  • @josephabdilla6946
    @josephabdilla6946 Před 3 lety +1

    il-gideb huwa l-passatemp favurit ta azzopardi.

  • @jesmarcremona5874
    @jesmarcremona5874 Před 3 lety

    Mhux kullhadd jaf min huma l-kapijiet tal pn ; is-sur arriva u borg cardona... x hassra...

  • @Soviet1983
    @Soviet1983 Před 3 lety

    Dak kien l izball tieghek, li qatt ma tajart lilu u l dawk kollha li ma ridukx

  • @donaldvella5845
    @donaldvella5845 Před 3 lety

    Fittxu Adrian lil dak il farizej