IL-PL JIKSEB REBĦA B’DISTAKK TA’ 40,000 VOT

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 26. 03. 2022
  • ONE.COM.MT • Ilbieraħ il-poplu għażel u llum l-għażla ta’ Malta saret magħrufa.
    Il-Partit Laburista kiseb rebħa kbira f’din l-elezzjoni ġenerali.
    Fl-istorja elettorali mill-indipendenza ’l hawn, dik hija l-ikbar rebħa.
    Għalhekk Robert Abela ta’ erbgħa u erbgħin sena se jerġa’ jsir Prim Ministru ta’ Malta u kiseb l-ewwel mandat tiegħu, mandat b’saħħtu ħafna.
    Id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista huwa stmat li hu erbgħin elf vot.
    Fl-ewwel kummenti, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal kif il-poplu Malti u Għawdxi għażel li jimxi ’l quddiem lejn futur sabiħ.
    F’dan l-ewwel servizz għal-lejla nsegwu l-mumenti importanti tal-jum.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMATI: ONE
    Malta flimkien għażlet futur sabiħ.
    Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu b’maġġoranza assoluta tal-voti u l-akbar rebħa elettorali mill-Indipendenza ‘l hawn.
    Dan hekk kif skont ċifri indikattivi mill-Partit Laburista, id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista huwa ta’ madwar 40,000 vot.
    Skont dawn iċ-ċifri, il-Partit Laburista kiseb kważi sitta u ħamsin fil-mija tal-voti, waqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb inqas minn tnejn u erbgħin fil-mija tal-voti.
    Id-differenza bejn iż-żewġ partiti skont dawn iċ-ċifri hija ta’ ftit aktar minn erbatax fil-mija.
    Għall-ħabta tad-disgħa u għoxrin ta’ filgħodu fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar bdew jinqalbu wiċċhom ’il fuq il-poloz tal-voti.
    Hawnhekk l-aġenti tal-partiti bdew jieħdu s-samples u mill-ewwel, l-indikazzjonijiet kienu sbieħ mill-Partit Laburista.
    Imbagħad kien għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, meta l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar ir-rebħa Laburista, f’kollegament telefoniku fuq ix-xandir nazzjonali.
    ROBERT ABELA
    PRIM MINISTRU
    “L-ewwel indikazzjonijiet huma illi l-Partit Laburista rebaħ b’marġini b’saħħtu. Ilbieraħ il-poplu Malti u Għawdxi għażel li jimxi ‘l quddiem lejn futur sabiħ. Il-mandat li tagħna l-poplu Għawdxi u Malti se nsarfuh f’ħidma aktar qawwija, b’umiltà aktar minn qatt qabel. Minn għada rridu nkomplu lejn it-triq tan-normalità u nkomplu nagħmlu bidliet importanti u nwettqu riformi kbar fi spirtu ta’ għaqda nazzjonali. Fuq kollox Malta hija ta’ kulħadd u għalhekk Malta Flimkien.”
    Mat-tħabbira tal-Prim Ministru, is-sala tal-għadd tal-voti mtliet b’ewforija liema bħalha, qalb l-għajjat ta’ Malta, Malta.
    Fil-messaġġ tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela appella għar-responsabilità fiċ-ċelebrazzjonijiet u għar-rispett.
    Imbagħad għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għoxrin ta’ waranofsinhar, il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ martu Lydia Abela żaru s-Sala tal-Għadd tal-Vot, fejn hawnhekk iltaqa’ mal-aġenti tal-partiti fost dellirju ta’ ferħ u sodisfazzjon.

Komentáře • 5

  • @robertazzopardi8933
    @robertazzopardi8933 Před 2 lety +2

    Ghidtilkom jien.... I'mma hadd ma emminni..... 💪💪💪💪💪💪💪💪💪💪💪💪💪

  • @adriancutajar4021
    @adriancutajar4021 Před 2 lety +1

    Prosit kbira lill priministru Robert Abela u malta kollha Flimkien

  • @clivepsaila9992
    @clivepsaila9992 Před 2 lety +1

    Kemm ahna kburin bik Robert. U kemm ahna kburin li ahna Maltin. Kuragg ha nkomplu nghollu isem Malta iktar il fuq. Proset lil kull min mar isemma lehnu permezz tal vot.

  • @JohnJohn-ts6ux
    @JohnJohn-ts6ux Před 2 lety

    👎👎👎👎👎🤢🤢🤢🤢

    • @clivepsaila9992
      @clivepsaila9992 Před 2 lety +1

      Issa tista taghmel tumbs down u kruha t ucuh kemm trid ghax b 42000 min fuq hi.