GEORGE VELLA SE JKUN L-GĦAXAR PRESIDENT TA’ MALTA

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 4. 03. 2019
  • Ikkonnfermata n-nomina ta’ George Vella biex f’anqas minn xahar jinħatar President u jkun l-għaxar President ta’ Malta. Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-kabinett dalgħodu approva b’mod unanimu l-proposta tal-Prim Ministru Joseph Muscat biex it-Tabib Vella jkun innominat għall-presidenza.
    Il-Gvern ta ħajr ukoll lill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u ħabbar li wara konsulazzoni magħha ġie deċiż li mat-tmiem tal-ħatra tagħha ta’ President tibqa’ tmexxi l-Fondazzjoni għall-Ġid tas-Soċjeta.
    Il-Prim Ministru qal li t-Tabib Vella għandu l-kwalitajiet kollha biex iservi ta’ Kap ta’ Stat waqt li l-President Coleiro Preca qalet li tinsab konvinta li Dr Vella hija l-persuna xierqa biex isservi f’din il-kariga.

Komentáře •