AGIUS SALIBA MILL-ĠDID VIĊI PRESIDENT TAL-S&D

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 25. 06. 2024
  • ONE.COM.MT • Għat-tieni darba konsekuttiva, il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alex Agius Saliba reġa’ ġie elett bħala Viċi President tal-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi f’din il-leġiżlatura.
    Dan anke wara l-ħidma siewja u r-riżultati eċċellenti li rnexxielu jikseb mindu fl-2019 kien elett l-ewwel darba bħala rappreżentant Malti u tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew.
    KITBA: JOSEF CARUANA
    FILMAT: AAS/ARKIVJI
    Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alex Agius Saliba reġa’ ġie elett fil-kariga ta’ Viċi President fi ħdan il-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew.
    Din hi t-tieni darba li Agius Saliba se jkollu dan ir-rwol importanti wara li kien diġà ġie elett tliet snin ilu.
    Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela awgura lil Agius Saliba u saħaq kif din mhux biss hi konferma tal-ħidma ma taqta’ xejn tiegħu, iżda tar-rispett mistħoqq li jgawdi fil-Parlament Ewropew.
    Stqarrija mill-uffiċċju tal-Ewroparlamentari Laburista qalet li d-daqs ta’ Malta jagħti prestiġju akbar lil din il-ħatra aktar u aktar meta pajjiżi kbar b’delegazzjonijiet imdaqqsin għandhom setgħa ikbar fil-proċess tal-għażla u normalment deputati minn stati żgħar jintagħżlu għal darba waħda biss.
    Il-ħidma siewja u r-riżultati eċċellenti li kiseb matul l-aħħar leġislatura mingħajr dubju għenu biex Alex Agius Saliba seta’ jikseb dan is-suċċess u dan ir-rwol prestiġjuż se jgħinuh biex ikabbar isem Malta fl-Unjoni Ewropea.
    ALEX AGIUS SALIBA
    MEP, VIĊI PRESIDENT S&D
    “Huwa ta’ sodisfazzjon kbir kemm għalija kif ukoll għad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew li, għat-tieni darba konsekuttiva, ġejt fdat mill-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi biex inkun parti mit-tmexxija, fit-tieni l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew, bħala Viċi President ta’ dan il-grupp. Din ir-responsabbiltà se nkompli nużaha kif għamilt f’dan l-aħħar snin biex inkompli nimbotta ’l quddiem il-prinċipji, l-ambizzjonijiet tagħkom iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, tagħkom iċ-ċittadini Ewropej. Imma l-ewwel u qabel kollox se nkompli nuża din il-pożizzjoni biex dejjem u kullimkien inkompli nimbotta ’l quddiem l-aqwa interessi ta’ pajjiżna, ta’ Malta u Għawdex tagħna.”
    Is-Soċjalisti u d-Demokratiċi huma l-akbar grupp politiku bi twemmin xellugi u ċentru-xellugi fil-Parlament Ewropew u f’din il-leġiżlatura se jerġa’ jkollu t-tieni l-akbar rappreżentanza b’mija u sitta u tletin deputat.
    Il-grupp hu mmexxi mill-President Iratxe García Pérez, li reġgħet ġiet ikkonfermata din il-ġimgħa, u disa’ viċi presidenti, li lkoll ikollhom portafoll speċifiku.
    Fl-aħħar leġiżlatura, Agius Saliba kien responsabbli mill-innovazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u t-titjib fl-isfera diġitali.

Komentáře •