IL-PL ISIR SID IL-PROPRJETÀ TA’ TAĦT IR-RIALTO

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 5. 09. 2024
  • ONE.COM.MT • Illum il-Partit Laburista ħabbar li xtara l-proprjetà ta’ taħt it-Teatru Rialto, biex b’hekk il-binja kollha issa hi tal-Partit Laburista. Dan il-pass se jkompli jpoġġi lill-Partit Laburista fuq sisien finanzjarji sodi u sostenibbli.
    KITBA: SAMUEL LUCAS
    FILMAT: ALEX BORG / ARKIVJI
    Il-Partit Laburista issa hu wkoll is-sid tal-proprjetà ta’ taħt ir-Rialto, li kienet isservi bħala eks fergħa tal-HSBC. Biex b’hekk, għall-ewwel darba fl-istorja tal-Partit Laburista, il-binja kollha tar-Rialto saret proprjetà tal-Partit Laburista.
    It-teatru Rialto għalaq fl-1988 u, sal-lum il-ġurnata, baqa’ ma ntużax, għajr għal ftit attivitajiet partikolari.
    L-aħbar ingħatat fuq il-midja soċjali mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista.
    ONE News żar din il-proprjetà taħt ir-Rialto fejn hemmhekk seta’ jsegwi dan l-akkwist ġdid tal-Partit Laburista.
    Tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista nnnifsu, li sostna li dak li nbeda minn tnejn, tlieta min-nies, fis-skiet fl-2019, illum, fl-aħħar, waslu għal dan ir-riżultat wara perseveranza kbira.
    Hu wkoll irringrazzja lil dawk li, fl-1983, kellhom il-viżjoni li jixtru dan it-teatru, li sejjaħlu bħala ġawhra nazzjonali.
    RANDOLPH DE BATTISTA
    KAP EŻEKUTTIV, PL
    “Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se nkunu qed inħabbru l-fażi li jmiss, issa li se tkun qed tinkorpora l-parti ta’ isfel, biex din il-ġawhra nazzjonali nerġgħu nagħtuha lill-poplu ta’ Bormla, nerġgħu nagħtuha lill-poplu artistiku u nerġgħu nagħtuha lill-poplu inġenerali u t-turisti li jżuru pajjiżna. Żgur li se jkun proġett eċċitanti u nħares ’il quddiem li jiġi inawgurat u kulħadd ikun jista’ jerġa’ jgawdi din il-ġawhra nazzjonali.”
    Hu sostna wkoll kif dan il-pass ikompli jpoġġi lill-Partit Laburista fuq sisien finanzjarji sodi u sostenibbli.
    RANDOLPH DE BATTISTA
    KAP EŻEKUTTIV, PL
    “Tgħaqqad ukoll mal-viżjoni li ilna għaddejjin biha issa bħala amministrazzjoni li npoġġu l-finanzi b’mod sostenibbli u speċjalment proprjetajiet li huma kbar li għandu l-Partit Laburista jimmassimizza l-potenzjal tiegħu.”
    Tkellimna wkoll mad-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, fejn fakkar kif dan mhux l-uniku proġett li imbarka fuqu l-Partit Laburista, hekk kif fakkar fil-proġett mill-isbaħ li sar f’dak li kien magħruf bħala r-Raffles f’Pembroke biex ġie rriġenerat fi ‘Pjazza 1902’, iżda mhux biss.
    DANIEL MICALLEF
    DEPUTAT MEXXEJ, PL
    “’Il quddiem issa nħarsu wkoll lejn l-Orpheum fil-Gżira, li hu ġojjell ieħor li l-Partit Laburista għandu, grazzi għal dawk ta’ qabilna, u ppermettili nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja, qegħdin Bormla, nirringrazzja lill-Bormliżi li kkontribwew ħafna familji biex inxtara t-teatru Rialto, l-istess japplika għall-Orpheum fil-Gżira u numru ta’ binjiet oħrajn u nħarsu ’l quddiem biex il-Partit jkompli jissaħħaħ.”

Komentáře •