INVESTIMENT BLA PREĊEDENT FIR-RINFURZAR TAD-DISTRIBUZZJONI

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 5. 09. 2024
  • ONE.COM.MT •
    F’aġġornament lill-midja dwar l-aħħar sitwazzjoni dwar il-qtugħ ta’ dawl f’numru ta’ lokalitajiet, il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli u ċ-Chairman tal-Enemalta Ryan Fava qalu li fl-aħħar xhur sar xogħol ta’ rinfurzar fuq medda ta’ tnejn u tmenin kilometru ta’ cables.
    Intqal li l-ħsarat li ġraw fl-aħħar jiem mhumiex f’dawk li sar xogħlijiet fuqhom fl-ewwel fażi, iżda se jsir xogħol fuqhom fit-tieni fażi.
    INVESTIMENT BLA PREĊEDENT FIR-RINFURZAR TAD-DISTRIBUZZJONI
    Fl-aħħar xhur, l-Enemalta għamlet xogħol ta’ rinfurzar fuq tnejn u tmenin kilometru ta’ cables, b’investiment multi-miljunarju. Dan ferm aktar mis-sebgħin kilometru ta’ kemm kien wiegħed il-Gvern.
    Dan intqal f’aġġornament lill-midja mill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli u ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta Ryan Fava, fl-uffiċini tal-Enemalta, fil-Marsa, is-Sibt waranofsinhar.
    B’dawn ix-xogħlijiet saru fiż-żoni li kienu l-aktar affettwati minn qtugħ ta’ dawl f’dan iż-żmien is-sena l-oħra.
    Il-Ministru Dalli sostniet li dan l-investiment fid-distribuzzjoni tal-elettriku huwa wieħed mingħajr preċedent.
    Ġie spjegat li l-Ġimgħa żviluppaw ħsarat fl-inħawi ta’ San Ġiljan u l-Gżira u San Lawrenz, Kerċem u l-Għarb f’Għawdex.
    Intqal li f’numru kbir fejn kien hemm qtugħ ta’ dawl fl-aħħar jiem, il-provvista mhux qed iddum ħafna biex terġa’ tiġi. Intqal li f’każijiet fejn ikun hemm ħsarat li jdumu sigħat biex jissewwew u fejn jippermetti qed jitqabbad generator.
    F’dan l-aġġornament lill-ġurnalisti ntqal li l-għan tal-Enemalta huwa li l-provvista tad-dawl terġa’ tiġi lura għan-normal fl-iqasar żmien possibbli.
    Iċ-Chairman tal-korporazzjoni Enemalta Ryan Fava sostna li l-ħsarat li ġraw fl-aħħar jiem mhumiex f’dawk li sar xogħlijiet fuqhom fl-ewwel fażi, iżda se jsir xogħol fuqhom fit-tieni fażi.
    Min-naħa tagħha, il-Ministru Miriam Dalli tenniet li s-sena l-oħra, il-Gvern wiegħed li se jirdoppja x-xogħlijiet sabiex isiru dawn ix-xogħlijiet, dan ix-xogħol se jibqa’ għaddej b’dan ir-ritmu.
    Dwar is-sħana qawwija tal-aħħar jiem u t-temperatura titla minn jum għall-ieħor, iċ-Chairman tal-Enemalta qal li kien hemm żieda ta’ madwar ħamsa u għoxrin u tletin megawatt, meta taqbblu mal-ġimgħa l-oħra.
    Sadanittant, waqt intervent li għamlet fuq il-programm ‘Għandi Xi Ngħid’ fuq ir-radju tal-Knisja ppreżentant minn Andrew Azzopardi, il-Ministru Miriam Dalli semmiet li bħalissa qed ikompli dan l-investiment massiċċ bid-distribuzzjoni tal-elettriku, fosthom b’xogħlijiet bejn il-Marsa, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ. Dan filwaqt li fiż-żmien li ġej se jibda x-xogħol fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u Buġibba, Ħ’Attard, Ħal Qormi u Tas-Sliema u San Ġiljan.
    MIRIAM DALLI
    MINISTRU
    “Qegħdin nagħmlu pjanijiet biex insaħħu d-distribuzzjoni lejn Għawdex, għaddej xogħol fuq numru ta’ ċentri ta’ distribuzzjoni ġodda li se jsiru. Ħarġu tenders ġodda għad-distribuzzjoni s-Siġġiewi, qed jitkabbar id-distribution centre ta’ Buġibba, bħalissa.”
    B’dawn ix-xogħlijiet qed isiru b’kollaborazzjoni bejn il-ħaddiema tal-Enemalta flimkien mal-entitajiet tal-Gvern, Transport Malta u Infrastructure Malta.
    Intant, il-Ministru Miriam Dalli spjegat kif pajjiżna m’għandux problema fil-provvista, imma fid-distribuzzjoni.
    Distinzjoni li mhux kapaċi jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
    / 1022389222617050 - Highlight il-kelma provvista.
    MIRIAM DALLI
    MINISTRU
    “Ilbieraħ, u ma rridx inkun politika llum. Imma nara lill-Kap tal-Oppożizzjoni jħawwad is-sistema tal-provvista u d-distribuzzjoni. Issa jiena nifhem li n-nies forsi jħawwdu l-provvista u d-distribuzzjoni, imma mill-Kap tal-Oppożizzjoni ma nistennihiex għax dan jgħid li ħa joħroġ bis-soluzzjonijiet. Ma tistax toħroġ bis-soluzzjonijiet, jekk qas tagħraf id-differenza bejn provvista u distribuzzjoni.”

Komentáře • 1