Kellymni: Episodju 29 - Maria Formosa

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 2. 06. 2024
  • Melanie Kelly titkellem ma’ Maria Formosa, il-mara ta’ Bjorn Formosa, li spiċċat barra li tgħin lil Bjorn, qiegħda tgħin ukoll tant u tant pazjenti oħra li llum il-ġurnata jgħixu f’DAR Bjorn. Barra li tagħti daqqa t’id lilhom, tgħin ukoll lill-għeżież tagħhom.
    Maria titkellem dwar il-passatempi li kellha tul is-snin, dwar kif iltaqgħet ma’ Bjorn u kif bdiet ir-relazzjoni tagħhom. Hi tidħol fid-dettall dwar kif infaqgħet tibki u ma setgħetx tieqaf meta Bjorn saqsieha biex tkun martu. Imma r-raġuni mhux waħda li qed tistennew żgur!
    Hi ħa taqsam l-esperjenzi tagħha dwar xi tfisser li tgħix ma’ persuna li għandu l-bżonnijiet li għandu Bjorn, iżda wkoll titkellem dwar il-kuraġġ li Bjorn ħares lejn l-ALS u dak kollu li kien ġej għalih.
    Barra minn dan, Maria titkellem ukoll dwar it-telfa għażiża ta’ missierha li ġrat tul l-aħħar xhur. Telfa li ma kinitx qed tistenna u għadha sal-lum il-ġurnata tipprova taċċetta din ir-realtà.
    Waqt il-podcast hi ssemmi wkoll il-proġett li qed jaħdmu fuqu. Il-pass li jmiss għal DAR Bjorn u kif tant pazjenti flimkien mal-maħbubin tagħhom ħa jgawdu minn dan il-proġett!
    Żgur li grazzi għal Kellymni se tiskopru aktar dwar Maria u wkoll dwar ir-relazzjoni tagħha u Bjorn, kif ukoll DAR Bjorn.
    Miġjub lilkom minn Renault Malta | La Molisana | KFC | Amrita Footcare & Wellness Centre | Valletta Glass | Ferraracasa | Myoka Spas | Positive Parenting Malta
    #kellymni #gwida #podcast #podcasttagwida #malta #MariaFormosa
  • Zábava

Komentáře • 12

  • @bernardettegrech1461
    @bernardettegrech1461 Před měsícem +7

    Prosit Kelly ghal mod gentili kif tintervista l mistednin tieghek. Prosit lil Maria li telqet kollox biex tiddedika hajjitha ghal mahbub taghha Bjorn, u tghinu bla waqfien, fill kawziet gusti tieghu biex jghin lil haddiehor. God bless you all ❤ xxx

  • @joycespiteri8350
    @joycespiteri8350 Před měsícem +2

    behind every great man, there is a greater woman... god bless

  • @user-in7ud5pc6o
    @user-in7ud5pc6o Před měsícem +1

    Kemm hawn nies kbar !! B maria u bjorn id dinja hija ferm ahjar. Nixtieqilkom
    Il ferh kollu tad dinja. God bless you xxx

  • @Cragen
    @Cragen Před měsícem

    Xi gmiel ta podkast, mfawwar b energija gentili u positiva minn persuna li kuljum tghaddi min esperjenzi li hadd minna ma nimmaginaw. Maria kemm inti mara b sahhtek, gentili u persuna mimlija mhabba! Proset Kelly tal gentilezza tieghek dejjem ❤

  • @CatherineCalleja-sx7lt
    @CatherineCalleja-sx7lt Před měsícem

    Prosit Maria ta gid kbir li qeda tamel flimkien ma Bjorn il bambin ghandu premju akbar lest ghalikom grazzi min qalbi ♥️🙏🙏

  • @rosannevella5453
    @rosannevella5453 Před měsícem +1

    Prosit u grazzi....mara kuragguza immens u umli fl-istess hin.

  • @emmamagro4175
    @emmamagro4175 Před 27 dny

    I am not one to usually comment, but Maria you are an inspiration to many! Keep on going and shining. The courage you have is out of this world 🩷

  • @dylancassar2554
    @dylancassar2554 Před měsícem

    On point Kelly.Intervista ta inspirazzjoni.

  • @marybonello8345
    @marybonello8345 Před měsícem

    Mara ta qalb kbira.

  • @rodiannesultana391
    @rodiannesultana391 Před 27 dny

    Mara tispira lil kulħadd, lanqas għandi kliem biex infaħħrek kemm inti mara twajba u kemm tagħmel ġid. J'Alla l-Bambin jippremjak għal elf darba tal-qalb tad-deheb li għandek.

  • @kevinabela3911
    @kevinabela3911 Před 8 dny

    Jhekk xi hadd ghandu bzonn definition ta mhabba u dedikazzjoni khemm jara dan l-episodju.

  • @dianecastillo7187
    @dianecastillo7187 Před měsícem

    Vera hadt pjacir nisma. Mara vera ta kuragg! Irridu napprezzaw iktar dak li ghandna u ingawdu kul mument. 😊