SE JINĦATAR KUMMISSARJU EWROPEW MILL-MEDITERRAN

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 5. 09. 2024
  • ONE.COM.MT • Il-President tal-Kummissjoni Ewropea eletta Ursula von der Leyen qalet li f’din il-leġiżlatura se tkun qed taħtar Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Mediterran.
    Hija qalet dan meta kienet qed tippreżenta l-pjan tagħha fit-tmexxija ta’ din l-istituzzjoni Ewropea fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
    Von der Leyen sostniet li l-Kummissjoni Ewropea se tiffoka aktar dwar ir-reġjun, b’aġenda ġdida. Dan fid-dawl ta’ temp estrem minħabba t-tibdil fil-klima u anki minħabba l-migrazzjoni, fost oħrajn.
    URSULA VON DER LEYEN
    PRESIDENT, KUMMISSJONI EWROPEA
    “The Mediterranean region should get a divided attention and this is why I will appoint a Commissioner for the region and propose a new agenda for the Mediterranean, together with Kaja Kallas, because the future of those two Mediterranean shores is one of the same.”
    F’kumment li ta lill-midja waqt is-Summit tal-Komunità Politika Ewropea fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Malti Robert Abela laqa’ din l-aħbar, waqt li awgura wkoll lil von der Leyen.
    ROBERT ABELA
    IL-PRIM MINISTRU
    “Kuntent immens għaliha għaliex naf kemm ħadmet fl-ewwel mandat tagħha, ħdimna l-iktar parti diffiċli flimkien, il-pandemija u hemmhekk fejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea, b’mod ġenerali wriet kemm meta naħdmu flimkien anki fl-eqqel tal-isfidi nistgħu verament suċċess. Lil Ursula wegħdtha l-appoġġ ta’ pajjiżna qabel inżamm il-Kunsill Ewropew, fejn ivvotajna favuriha.”
    Fil-kumment tiegħu lill-midja, Dr Abela sostna kif din l-idea feġġet waqt il-laqgħa tal-MED9, f’Settembru li għadda, sabiex tingħata importanza lil dan ir-reġjun, li Malta tinsab fil-qalba tiegħu.
    ROBERT ABELA
    IL-PRIM MINISTRU
    “Dik il-proposta konna komplejna nibnu fuqha meta attendejt il-laqgħa dwar l-Aġenda Strateġika f’Zagreb u kont imbagħad semmejt dik il-proposta, li nemmen li għandu jkun hemm Kummissarju b’portafoll dedikat għall-Mediterran u verament ninsab sodisfatt li dalgħodu qabel l-elezzjoni tagħha ħabbret li se jkun hemm dan il-Kummissarju li huwa dedikat għall-Mediterran. Kienet proposta li tlaqna biha aħna u li ġiet aċċettata u turi li minkejja aħna l-iżgħar stat membru fl-Unjoni Ewropea, pero l-proposti tagħna jkunu studjati sew u dejjem nistudjawhom sew u jkunu effettivi li jistgħu jagħmlu differenza.”

Komentáře • 1