ĠURI: MHUX ĦATI LI PPROVA JOQTOL LIL MARK FARRUGIA

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 7. 09. 2024
  • ONE.COM.MT •
    Ftit tal-ħin ilu ntemm il-ġuri li kien ilu jinstema fl-aħħar jiem; bi tmien voti kontra wieħed, il-ġurati ma sabux ħati lil Joseph Scicluna li pprova joqtol lil Mark Farrugia. Id-dettalji.
    ĠURI: MHUX ĦATI LI PPROVA JOQTOL LIL MARK FARRUGIA
    Is-Sibt filgħaxija, bi tmien voti kontra wieħed il-ġurati ma sabux ħati lil Joseph Scicluna, li pprova joqtol lil Mark Farrugia ta’ tlieta u erbgħin sena.
    Il-każ imur lura għall-wieħed u tletin ta’ Ottubru tal-elfejn u tmintax, kmieni filgħodu, meta nqala argument bejn iż-żewġt irġiel fl-inħawi ta’ San Ġakbu f’għelieqi f’Ħad-Dingli. B’Farrugia kien spiċċa fil-periklu li jitlef ħajtu, wara li allegatament intlaqat minn tir t’arma tan-nar.
    Il-ġurati ħadu din id-deċiżjoni wara ħames sigħat ta’ deliberazzjoni.
    Fl-aħħar jum tal-ġuri, fil-Qorti, Mark Farrugia qal li kien Joseph Scicluna li attakkah l-ewwel, l-akkużat sostna li l-allegat vittma ppuntalu senter lejh.
    Id-disa' ġurati emmnu l-verżjoni ta’ Scicluna, li aġġixxa biex jiddefendi lilu nnifsu.
    Dan il-ġuri beda jinstema nhar it-Tnejn li għadda quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera. Nhar l-Erbgħa waranofsinhar sar l-aċċess fuq il-post, fejn kien hemm preżenti kemm Joseph Scicluna u Mark Farrugia u anki d-disa' ġurati.
    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Kevin Valletta u Kayleigh Bonett, f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
    Għall-akkużat dehru l-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri. Waqt li l-Avukat Shaun Zammit deher bħala parte civile.

Komentáře •