45 PERSUNA JINSTABU JGĦIXU ILLEGALMENT F’MALTA

Sdílet
Vložit
  • čas přidán 13. 09. 2024
  • ONE.COM.MT • Ħamsa u erbgħin persuna ġew arrestati wara li nstabu jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna illegalment.
    Dawn il-persuni nqabdu waqt kontrolli tat-traffiku, fost oħrajn f’Raħal Ġdid u Burmarrad.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: CMRU / ARKIVJI
    Ħamsa u erbgħin persuna ġew arrestati mill-Pulizija wara li nstabu jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna b’mod irregolari.
    Dawn il-persuni twaqqfu waqt kontrolli tat-traffiku koordinati li saru f’numru ta’ lokalitajiet, fosthom f’Raħal Ġdid u f’Burmarrad.
    Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li dawn il-persuni huma mill-Albanija, min-Nepal, mis-Sirja, min-Niġerja, mill-Ghana u mill-Mali.
    F’dawn l-ispezzjonijiet instabu wkoll żewġ xufiera li kienu qed isuqu mingħajr liċenzja tas-sewqan valida, fejn inħarġu wkoll akkużi fil-konfront tagħhom.
    Intqal li Transport Malta neħħiet ukoll karozzi mit-triq, li nstabu mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni.
    Dan filwaqt li l-aġenzija JobsPlus qed tinvestiga wkoll persuni b’rabta ma’ impjiegi irregolari lil ħaddiema barranin.
    L-uffiċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta u l-Pulizija ħarġu wkoll diversi kontravenzjonijiet fil-konfront ta’ xufiera b’rabta ma’ nuqqas ta’ ħarsien tal-liġijiet tat-traffiku u b’rabta ma’ vetturi li ma kinux konformi mal-liġi.
    Jassistu f’dawn l-operazzjonijiet kien hemm ukoll uffiċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni u Identità.
    Intqal li l-persuni kollha li nstabu jgħixu fil-pajjiż b’mod irregolari inżammu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm jiġu ripatrijati fil-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew f’pajjiż li jistgħu jgħixu fih.
    Dawn l-ispezzjonijiet huma parti minn ħidma kontinwa mill-awtoritajiet kontra l-abbuż u favur aktar sigurtà.

Komentáře • 5

  • @grazianaaxisa4630
    @grazianaaxisa4630 Před 16 dny +1

    Nixtieq naf minn qed igibhom!!!

  • @carmelabela5294
    @carmelabela5294 Před 13 dny

    Multi ta eluf kbar Il min igibhom ,ihaddimhom U min jikrilhom...
    .

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 Před 16 dny +3

    Ejjew sal Pjazza tal Rahal Gdid wara 6:30 ta filaxija u taraw xi kun hawn.
    Tahsbek li qijed is sirja jew l-indja jew l'Afrika. Tibza timxi gol Pjazza.

  • @georgebronte840
    @georgebronte840 Před 15 dny +1

    Issa ndunajtu bihom ?! Qumu minn dik ir-raqda!

  • @gracezahra9363
    @gracezahra9363 Před 15 dny

    Tajba wkoll